LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 7/1 pp. 17-21
  • Xhieda Kristjani b’Ċittadinanza tas-Sema

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xhieda Kristjani b’Ċittadinanza tas-Sema
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘Imweldin Mill-​Ġdid’
  • Tfal T’Alla
  • “L-​Iżrael T’Alla”
  • Patt Ġdid
  • “Ġerusalemm Ġdida”
  • Jehovah Jwassal lil Ħafna Wlied għall-Glorja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • “L-Iżrael t’Alla” u l-“Folla Kbira”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Jinġabar Kulma Hemm fis-Sema u fuq l-Art
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Irċivejtu Int “l-Ispirtu tal-Verità”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 7/1 pp. 17-21

Xhieda Kristjani b’Ċittadinanza tas-​Sema

“Inkwantu għalina, iċ-​ċittadinanza tagħna teżisti fis-​smewwiet.”—FILIPPIN 3:20.

1. Jehovah liema skop taʼ l-​għaġeb għandu rigward xi bnedmin?

INDIVIDWI mweldin bħala bnedmin se jsaltnu bħala slaten u qassisin fis-​sema, saħansitra fuq l-​anġli. (1 Korintin 6:2, 3; Rivelazzjoni 20:6) X’verità taʼ l-​għaġeb hija dik! Madankollu, Jehovah għamilha l-​iskop tiegħu, u jwettaqha permezz taʼ l-​Iben uniġenitu tiegħu, Ġesù Kristu. Il-​Ħallieq tagħna għala jagħmel ħaġa bħal din? U għarfien dwarha kif għandu jeffettwa lil Kristjan illum? Ejjew naraw kif il-​Bibbja twieġeb dawn il-​mistoqsijiet.

2. Ġwanni l-​Għammied liema ħaġa ġdida annunzja li Ġesù kellu jagħmel, u din ix-​xi ħaġa ġdida maʼ xiex kienet relatata?

2 Meta Ġwanni l-​Għammied kien qiegħed iħejji l-​mogħdija għal Ġesù, annunzja li Ġesù kellu jagħmel xi ħaġa ġdida. Il-​kitba tgħid: “[Ġwanni] kien jippriedka, billi jgħid: ‘Warajja xi ħadd iktar b’saħħtu minni ġej; jien ma jixraqlix nitbaxxa u nħoll il-​lazzijiet tas-​sandli tiegħu. Jien għammidtkom bl-​ilma, imma hu se jgħammidkom bi spirtu qaddis.’” (Mark 1:7, 8) Qabel dak iż-​żmien, ħadd ma kien ġie mgħammed bi spirtu qaddis. Dan kien arranġament ġdid li jinvolvi spirtu qaddis, u kellu x’jaqsam maʼ l-​iskop taʼ Jehovah li kien wasal biex jiġi rrivelat f’li jħejji bnedmin għal stat taʼ ħakma fis-​sema.

‘Imweldin Mill-​Ġdid’

3. Ġesù liema affarijiet ġodda dwar is-​Saltna tas-​sema spjega lil Nikodemu?

3 F’laqgħa sigrieta maʼ Fariżew prominenti, Ġesù rrivela iżjed dwar dan l-​iskop divin. Il-​Fariżew, Nikodemu, ġie għand Ġesù bil-​lejl, u Ġesù qallu: “Jekk xi ħadd ma jitwelidx mill-​ġdid, ma jistax jara s-​saltna t’Alla.” (Ġwann 3:3) Nikodemu, li bħala Fariżew żgur li kien studja l-​Iskrittura Ebrajka, kien jaf xi ħaġa dwar il-​verità grandjuża tas-​Saltna t’Alla. Il-​ktieb taʼ Danjel ipprofetizza li s-​Saltna kellha tingħata lil “xi ħadd bħal bin il-​bniedem” u “lin-​nies li huma l-​qaddisin tal-​Wieħed Suprem.” (Danjel 7:13, 14, 27) Is-​Saltna kellha ‘tgħaffeġ u ttemm’ lis-​saltniet l-​oħrajn kollha u tibqaʼ għal dejjem. (Danjel 2:44) X’aktarx, Nikodemu ħaseb li dawn il-​profeziji kellhom jitwettqu rigward il-​ġens Lhudi; imma Ġesù qal li biex jara s-​Saltna, wieħed kellu jitwieled mill-​ġdid. Nikodemu ma fehemx, u għalhekk Ġesù ssokta jgħid: “Jekk xi ħadd ma jitwelidx mill-​ilma u mill-​ispirtu, ma jistax jidħol ġos-​saltna t’Alla.”—Ġwann 3:5.

4. Għal dawk imweldin minn spirtu qaddis, ir-​relazzjoni tagħhom maʼ Jehovah kif kienet se tinbidel?

4 Ġwanni l-​Għammied kien tkellem dwar magħmudija bi spirtu qaddis. Issa, Ġesù jżid li individwu jrid jitwieled minn spirtu qaddis jekk irid jidħol fis-​Saltna t’Alla. Permezz taʼ dan it-​twelid uniku, irġiel u nisa imperfetti jidħlu f’relazzjoni speċjali ħafna m’Alla Jehovah. Isiru t-​tfal adottati tiegħu. Naqraw: “Dawk kollha li laqgħuh [lil Ġesù], lilhom ta l-​awtorità li jsiru t-​tfal t’Alla, għaliex kienu qegħdin jeżerċitaw fidi f’ismu; u huma twieldu, mhux mid-​demm jew minn rieda tal-​laħam jew mir-​rieda tal-​bniedem, imma minn Alla.”—Ġwann 1:12, 13; Rumani 8:15.

Tfal T’Alla

5. Id-​dixxipli leali meta ġew mgħammdin bi spirtu qaddis, u liema ħidmiet relatati taʼ spirtu qaddis seħħew fl-​istess ħin?

5 Meta Ġesù kellem lil Nikodemu, spirtu qaddis kien diġà ġie fuq Ġesù, billi dilku għall-​irwol taʼ sultan futur tiegħu fis-​Saltna t’Alla, u Alla kien pubblikament irrikonoxxa lil Ġesù bħala Ibnu. (Mattew 3:16, 17) Jehovah nissel iktar tfal spiritwali f’Pentekoste tat-​33 E.K. Dixxipli leali miġburin fl-​għorfa f’Ġerusalemm ġew mgħammdin bi spirtu qaddis. Fl-​istess ħin, ġew imweldin mill-​ġdid minn spirtu qaddis biex ikunu l-​ulied subjien spiritwali t’Alla. (Atti 2:2-4, 38; Rumani 8:15) Barra minn hekk, kienu midlukin bi spirtu qaddis bl-​iskop taʼ wirt futur tas-​sema, u kienu ssiġillati għall-​ewwel bi spirtu qaddis bħala turija taċ-​ċertezza taʼ dik it-​tama tas-​sema.—2 Korintin 1:21, 22.

6. X’inhu l-​iskop taʼ Jehovah rigward is-​Saltna tas-​sema, u għala huwa xieraq li bnedmin għandhom ikollhom parti f’dan?

6 Dawn kienu l-​ewwel bnedmin imperfetti magħżulin minn Alla biex jidħlu fis-​Saltna. Jiġifieri, wara l-​mewt u l-​irxoxt tagħhom, kellhom isiru parti mill-​organizzazzjoni tas-​Saltna tas-​sema li kellha taħkem fuq bnedmin u anġli. Jehovah għandu l-​iskop li permezz taʼ din is-​Saltna, l-​isem kbir tiegħu se jiġi mqaddes u s-​sovranità tiegħu vvindikata quddiem il-​ħolqien kollu. (Mattew 6:9, 10; Ġwann 12:28) Kemm huwa xieraq li bnedmin ikollhom parti minn dik is-​Saltna! Satana uża bnedmin meta qajjem l-​ewwel sfida tiegħu kontra s-​sovranità taʼ Jehovah lura fil-​ġnien t’Għeden, u issa Jehovah għandu l-​iskop li bnedmin se jkunu involuti f’li jwieġbu dik l-​isfida. (Ġenesi 3:1-6; Ġwann 8:44) L-​appostlu Pietru kiteb lil individwi magħżulin biex jaħkmu f’dik is-​Saltna: “Ikun imbierek dak Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, għax skond il-​ħniena kbira tiegħu tana twelid ġdid għal tama ħajja permezz taʼ l-​irxoxt taʼ Ġesù Kristu mill-​imwiet, għal wirt li ma jitħassarx u li ma jitniġġisx u li ma jitbielx. Huwa merfugħ fis-​smewwiet għalikom.”—1 Pietru 1:3, 4.

7. Liema relazzjoni unika maʼ Ġesù hija gawduta minn dawk mgħammdin bi spirtu qaddis?

7 Bħala wlied subjien adottati t’Alla, dawn il-​Kristjani magħżulin saru ħut Ġesù Kristu. (Rumani 8:16, 17; 9:4, 26; Ebrej 2:11) Ladarba Ġesù ta prova li hu ż-​Żerriegħa mwiegħed lil Abraham, dawn il-​Kristjani midlukin bl-​ispirtu huma parti msieħba, jew sussidjarja, taʼ dak iż-​Żerriegħa, li se jitfaʼ barka fuq l-​umanità li temmen. (Ġenesi 22:17, 18; Galatin 3:16, 26, 29) Liema barka? L-​opportunità li jiġu mifdijin mid-​dnub u rrikonċiljati m’Alla u li jaqduh issa u għall-​eternità. (Mattew 4:23; 20:28; Ġwann 3:16, 36; 1 Ġwann 2:1, 2) Kristjani midlukin fuq l-​art jidderieġu wħud taʼ qalb onesta lejn din il-​barka billi jagħtu xiehda dwar ħuhom spiritwali Ġesù Kristu u dwar il-​Missier adottiv tagħhom, Alla Jehovah.—Atti 1:8; Ebrej 13:15.

8. X’inhu l-​“kxif” taʼ l-​ulied subjien t’Alla mnisslin mill-​ispirtu?

8 Il-​Bibbja titkellem dwar “kxif” taʼ dawn l-​ulied subjien t’Alla mnisslin bl-​ispirtu. (Rumani 8:19) Billi jidħlu fis-​Saltna bħala slaten imseħbin maʼ Ġesù, jieħdu sehem f’li jeqirdu lis-​sistema t’affarijiet dinjija taʼ Satana. Wara dan, għal elf sena, jgħinu biex iwasslu l-​benefiċċji tas-​sagrifiċċju bħala rahan lill-​umanità u b’hekk jgħollu lir-​razza umana għall-​perfezzjoni li tilef Adam. (2 Tessalonkin 1:8-10; Rivelazzjoni 2:26, 27; 20:6; 22:1, 2) Il-kxif tagħhom jinkludi dan kollu. Huwa xi ħaġa li l-​ħolqien uman li jemmen jistenna bil-​ħerqa.

9. Il-​Bibbja kif tirreferi għall-​ġemgħa taʼ Kristjani midlukin taʼ madwar id-​dinja?

9 Il-​ġemgħa taʼ Kristjani midlukin mad-​dinja kollha hija “l-​kongregazzjoni taʼ l-​ewwel imweldin li ġew ingaġġati fis-​smewwiet.” (Ebrej 12:23) Huma l-​ewwel li jibbenefikaw mis-​sagrifiċċju bħala rahan taʼ Ġesù. Huma wkoll “il-​ġisem taʼ Kristu,” li juri r-​relazzjoni intima tagħhom maʼ xulxin u maʼ Ġesù. (1 Korintin 12:27) Pawlu kiteb: “Sewwa sew bħalma l-​ġisem huwa wieħed imma għandu ħafna membri, u l-​membri kollha taʼ dak il-​ġisem, għalkemm huma ħafna, huma ġisem wieħed, hekk ukoll hu l-​Kristu. Għax verament bi spirtu wieħed ġejna lkoll mgħammdin f’ġisem wieħed, kemm jekk Lhud u kemm jekk Griegi, kemm jekk irsiera u kemm jekk ħelsin, u lkoll kemm aħna konna mġegħlin nixorbu spirtu wieħed.”—1 Korintin 12:12, 13; Rumani 12:5; Efesin 1:22, 23; 3:6.

“L-​Iżrael T’Alla”

10, 11. Fl-​ewwel seklu, għala kien meħtieġ Iżrael ġdid, u min ifforma dan il-​ġens il-​ġdid?

10 Għal iktar minn 1,500 sena qabel il-​miġja taʼ Ġesù bħala l-​Messija mwiegħed, il-​ġens taʼ Iżrael tal-​laħam kien il-​poplu speċjali taʼ Jehovah. Minkejja tfakkiriet spissi, il-​ġens inġenerali ta prova li kien żleali. Meta deher Ġesù, il-​ġens irrifjutah. (Ġwann 1:11) B’hekk, Ġesù qal lill-​mexxejja reliġjużi Lhud: “Is-​saltna t’Alla se tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jipproduċi l-​frott tagħha.” (Mattew 21:43) Li nirrikonoxxu lil dak il-​“ġens li jipproduċi l-​frott [tas-Saltna]” huwa vitali għas-​salvazzjoni.

11 Il-​ġens il-​ġdid huwa l-​kongregazzjoni Kristjana midluka, imwielda f’Pentekoste tat-​33 E.K. L-​ewwel membri tiegħu kienu dixxipli Lhud taʼ Ġesù li aċċettawh bħala s-​Sultan tagħhom tas-​sema. (Atti 2:5, 32-36) Madankollu, kienu membri tal-​ġens il-​ġdid t’Alla, mhux fuq il-​bażi tad-​dixxendenza Lhudija tagħhom, imma fuq il-​bażi taʼ fidi f’Ġesù. B’hekk, dan l-​Iżrael il-​ġdid t’Alla kien xi ħaġa unika​—ġens spiritwali. Meta l-​maġġoranza tal-​Lhud irrifjutaw li jaċċettaw lil Ġesù, l-​istedina biex ikunu parti mill-​ġens il-​ġdid ġiet estiża lis-​Samaritani u mbagħad lill-​Ġentili. Il-​ġens il-​ġdid ġie msejjaħ “l-​Iżrael t’Alla.”​—Galatin 6:16.

12, 13. Kif sar evidenti li l-​Iżrael il-​ġdid ma kienx sempliċement xi setta tal-​Ġudaiżmu?

12 F’Iżrael tal-​qedem, meta nies li ma kinux Lhud saru prożeliti, kellhom jissottomettu ruħhom għal-​Liġi Mosajka, u l-​irġiel kellhom jissimbolizzaw dan billi jiġu ċirkonċiżi. (Eżodu 12:48, 49) Xi Kristjani Lhud ħassew li l-​istess kellu japplika għal nies li ma kinux Lhud fl-​Iżrael t’Alla. Madankollu, Jehovah kellu xi ħaġa differenti f’moħħu. Spirtu qaddis idderieġa lill-​appostlu Pietru lejn id-​dar tal-​Ġentil Korneljus. Meta Korneljus u l-​familja tiegħu wieġbu għall-​ippridkar taʼ Pietru, irċevew spirtu qaddis​—saħansitra qabel ma tgħammdu fl-​ilma. Dan wera biċ-​ċar li Jehovah kien aċċetta lil dawn il-​Ġentili bħala membri taʼ l-​Iżrael t’Alla mingħajr ma talab li huma jissottomettu ruħhom għal-​Liġi Mosajka.—Atti 10:21-48.

13 Għadd taʼ kredenti sabu dan iebes biex jaċċettawh, u malajr il-​kwistjoni kollha kellha tiġi diskussa mill-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm. Dik il-​ġemgħa awtoritattiva semgħet ix-​xiehda bid-​dettall dwar kif spirtu qaddis kien attiv fuq kredenti li ma kinux Lhud. Riċerka Biblika wriet li dan kien bi twettieq taʼ profezija spirata. (Isaija 55:5; Amos 9:11, 12) Deċiżjoni korretta ntlaħqet: Kristjani li ma kinux Lhud ma kellhomx għalfejn jissottomettu ruħhom lejn il-​Liġi Mosajka. (Atti 15:1, 6-29) B’hekk, Iżrael spiritwali kien verament ġens ġdid u mhux sempliċement xi setta tal-​Ġudaiżmu.

14. X’inhu implikat mill-​fatt li Ġakbu sejjaħ lill-​kongregazzjoni Kristjana “t-​tnax-il tribù li huma mxerrdin ’l hawn u ’l hinn”?

14 F’armonija maʼ dan, meta kiteb lill-​Kristjani midlukin taʼ l-​ewwel seklu, id-​dixxiplu Ġakbu indirizza l-​ittra tiegħu “lit-​tnax-il tribù li huma mxerrdin ’l hawn u ’l hinn.” (Ġakbu 1:1; Rivelazzjoni 7:3-8) M’għandniex xi ngħidu, ċittadini taʼ l-​Iżrael il-​ġdid ma kinux imqassmin fi tribujiet speċifiċi. Ma kien hemm ebda diviżjoni fi 12-il tribù distinti taʼ Iżrael spiritwali bħalma kien hemm qabel f’Iżrael tal-​laħam. Minkejja dan, l-​espressjoni spirata taʼ Ġakbu tindika li f’għajnejn Jehovah l-​Iżrael t’Alla kien ħa kompletament il-​post tat-​12-il tribù taʼ Iżrael naturali. Jekk Iżraelit li twieled hekk b’mod naturali sar parti mill-​ġens il-​ġdid, id-​dixxendenza tiegħu tal-​laħam​—saħansitra li kieku kien mit-​tribù taʼ Ġuda jew taʼ Levi—​ma kellha ebda sinjifikat.—Galatin 3:28; Filippin 3:5, 6.

Patt Ġdid

15, 16. (a) Jehovah kif iqis lil membri li m’humiex Lhud taʼ l-​Iżrael t’Alla? (b) L-​Iżrael il-​ġdid fuq liema bażi legali kien stabbilit?

15 F’għajnejn Jehovah, membri li ma kinux Iżraeliti taʼ dan il-​ġens il-​ġdid huma Lhud spiritwali kompleti għalkollox! L-​appostlu Pawlu spjega: “Mhux Lhudi dak li hu wieħed minn barra, lanqas ma hija ċ-​ċirkonċiżjoni dik li hija minn barra fuq il-​laħam. Imma hu Lhudi dak li hu wieħed minn ġewwa, u ċ-​ċirkonċiżjoni tiegħu hija dik tal-​qalb bl-​ispirtu, u mhux b’kodiċi miktuba. It-​tifħir taʼ dak il-​wieħed jiġi, mhux mill-​bnedmin, imma minn Alla.” (Rumani 2:28, 29) Ħafna Ġentili wieġbu għall-​istedina biex ikunu parti mill-​Iżrael t’Alla, u dan l-​iżvilupp wettaq profezija tal-​Bibbja. Per eżempju, il-​profeta Ħosea kiteb: “Se nuri ħniena lilha li ma kenitx murija ħniena, u se ngħid lil dawk li m’humiex il-​poplu tiegħi: ‘Intom il-​poplu tiegħi’; u huma, min-​naħa tagħhom, se jgħidu: ‘Int Alla tiegħi.’”—Ħosea 2:23; Rumani 11:25, 26.

16 Jekk l-​Iżraeliti spiritwali ma kinux taħt il-​patt tal-​Liġi Mosajka, fuq liema bażi kienu parti mill-​ġens il-​ġdid? Jehovah għamel patt ġdid permezz taʼ Ġesù maʼ dan il-​ġens spiritwali. (Ebrej 9:15) Meta Ġesù ta bidu għall-​Mafkar taʼ mewtu, fl-​14 taʼ Nisan, tat-​33 E.K., għadda l-​ħobż u l-​inbid lill-​11-il appostlu leali u qal li l-​inbid issimbolizza d-​“demm tal-​patt.” (Mattew 26:28; Ġeremija 31:31-34) Bħalma huwa rrakkontat fir-​rakkont taʼ Luqa, Ġesù qal li l-​kies taʼ l-​inbid kien jissimbolizza “l-​patt il-​ġdid.” (Luqa 22:20) Bi twettieq taʼ kliem Ġesù, meta l-​ispirtu qaddis ġie mferraʼ f’Pentekoste u l-​Iżrael t’Alla twieled, is-​Saltna ttieħdet mingħand Iżrael tal-​laħam u ngħatat lill-​ġens spiritwali, il-​ġdid. Minflok Iżrael tal-​laħam, dan il-​ġens ġdid kien issa l-​qaddej taʼ Jehovah, ifformat mix-​xhieda tiegħu.—Isaija 43:10, 11.

“Ġerusalemm Ġdida”

17, 18. Liema deskrizzjonijiet jingħataw fil-​ktieb taʼ Rivelazzjoni dwar il-​glorja li tistenna lil Kristjani midlukin?

17 Xi glorja tistenna lil dawk ipprivileġġati biex jieħdu sehem fis-​sejħa tas-​sema! U x’għaxqa li ssir taf dwar l-​għeġubijiet li jistennewhom! Il-​ktieb taʼ Rivelazzjoni jagħtina lemħiet eċċitanti tal-​wirt tagħhom tas-​sema. Per eżempju, f’Rivelazzjoni 4:4, naqraw: “Madwar it-​tron [taʼ Jehovah] hemm erbgħa u għoxrin tron, u fuq dawn it-​tronijiet jien rajt bil-​qiegħda erbgħa u għoxrin anzjan lebsin ilbiesi taʼ fuq bojod, u fuq irjushom kuruni tad-​deheb.” Dawn l-​24 anzjan huma Kristjani midlukin, irxoxtati u issa qegħdin jokkupaw il-​pożizzjoni tas-​sema li wegħidhom Jehovah. Il-​kuruni u t-​tronijiet tagħhom ifakkruna fl-​istat irjali tagħhom. Aħseb, ukoll, dwar il-​privileġġ kbir b’mod taʼ l-​għaġeb tagħhom li jaqdu madwar it-​tron taʼ Jehovah!

18 F’Rivelazzjoni 14:1, nilmħuhom għal darb’oħra: “Jien rajt, u, ħares! il-​Ħaruf bil-​wieqfa fuq il-​Muntanja Sijon, u miegħu mija u erbgħa u erbgħin elf li għandhom ismu u isem Missieru miktubin fuq l-​iġbna tagħhom.” Hawnhekk naraw l-​għadd limitat taʼ dawn l-​uħud midlukin​—144,000. L-​istat irjali tagħhom jintgħaraf mill-​fatt li huma bil-​wieqfa mas-​Sultan mogħti t-​tron minn Jehovah, “il-​Ħaruf,” Ġesù. U jinsabu fuq il-​Muntanja Sijon tas-​sema. Il-​Muntanja Sijon taʼ l-​art kien il-​post fejn kienet Ġerusalemm, il-​belt irjali taʼ Iżrael. Il-​Muntanja Sijon tas-​sema tirrappreżenta l-​pożizzjoni eżaltata taʼ Ġesù u l-​werrieta mseħbin tiegħu, li jifformaw Ġerusalemm tas-​sema.—2 Kronaki 5:2; Salm 2:6.

19, 20. (a) Kristjani midlukin taʼ liema organizzazzjoni tas-​sema se jkunu parti? (b) Jehovah matul liema perijodu taʼ żmien għażel lil dawk li ċ-​ċittadinanza tagħhom se tkun fis-​smewwiet?

19 F’armonija maʼ dan, il-​midlukin fil-​glorja tagħhom tas-​sema jissejħu wkoll “Ġerusalemm Ġdida.” (Rivelazzjoni 21:2) Ġerusalemm taʼ l-​art kienet “[i]l-belt tas-​Sultan il-​kbir” u wkoll il-​post fejn kien it-​tempju. (Mattew 5:35) Ġerusalemm il-​Ġdida tas-​sema hija l-​organizzazzjoni rjali tas-​Saltna li permezz tagħha s-​Sovran il-​kbir, Jehovah, u s-​Sultan maħtur tiegħu, Ġesù, issa jaħkmu u li fiha servizz saċerdotali jiġi mwettaq hekk kif barkiet għonja jgelglu mit-​tron taʼ Jehovah għall-​fejqan taʼ l-​umanità. (Rivelazzjoni 21:10, 11; 22:1-5) Ġo viżjoni oħra Ġwanni jismaʼ Kristjani midlukin, leali, irxoxtati rreferuti bħala ‘mart il-​Ħaruf.’ Xi stampa kordjali jagħti dan taʼ l-​intimità li se jgawdu maʼ Ġesù u tas-​sottomissjoni volontarja tagħhom lejh! Immaġina l-​ferħ fis-​sema meta l-​aħħar wieħed minnhom finalment jirċievi l-​premju tiegħu tas-​sema. Issa, fl-​aħħar, “iż-​żwieġ tal-​Ħaruf” jistaʼ jseħħ! Dik l-​organizzazzjoni rjali tas-​sema mbagħad se tkun kompleta.—Rivelazzjoni 19:6-8.

20 Iva, barkiet taʼ l-​għaġeb huma maħżunin għal dawk li dwarhom l-​appostlu Pawlu qal: “Inkwantu għalina, iċ-​ċittadinanza tagħna teżisti fis-​smewwiet.” (Filippin 3:20) Għal kważi elfejn sena, Jehovah kien qed jagħżel lit-​tfal spiritwali tiegħu u jħejjihom għal wirt tas-​sema. Skond l-​evidenza kollha, dan ix-​xogħol t’għażla u tħejjija huwa kważi komplut. Imma kien hemm iżjed x’jiġi wara, bħalma ġie rrivelat lil Ġwanni fil-​viżjoni tiegħu miktuba f’Rivelazzjoni kapitlu 7. Mela issa, grupp ieħor taʼ Kristjani jitlob l-​attenzjoni tagħna, u se nikkunsidraw lil dan il-​grupp fl-​artiklu li jmiss.

(w95 7/1)

Tiftakar Int?

◻ Liema huma d-​diversi ħidmiet taʼ l-​ispirtu fuq dawk b’wirt tas-​sema?

◻ Il-​midlukin liema relazzjoni intima jgawdu maʼ Jehovah? maʼ Ġesù?

◻ Il-​kongregazzjoni taʼ Kristjani midlukin kif inhi deskritta fil-​Bibbja?

◻ L-​Iżrael t’Alla fuq liema bażi legali kien stabbilit?

◻ Liema privileġġi tas-​sema jistennew lil Kristjani midlukin?

[Stampi f’paġna 18]

Matul perijodu taʼ kważi elfejn sena, Jehovah għażel lil dawk li se jsaltnu fis-​Saltna tas-​sema

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja