LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 9/1 pp. 6-11
  • Jehovah Hu l-Ħakem Tagħna!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Hu l-Ħakem Tagħna!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ġesù Jinkariga Xhieda
  • Jehovah Jagħmel Għażla
  • Mimlijin Bl-​Ispirtu Qaddis!
  • Pietru Jagħti Xiehda li Tqanqal
  • Jehovah Jagħti ż-​Żjieda
  • Fejqan u r-​Riżultati Tiegħu
  • Ma Kellhomx Jieqfu!
  • It-​Talb Imwieġeb!
  • Il-​Giddieba Mikxufin
  • Obdi ’l Alla Minflok lill-​Bnedmin
  • “Irġiel Komuni u taʼ Ftit Skola”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Mijiet jarawh qabel Pentekoste
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Xejn ma setaʼ jwaqqafhom
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Mgħammdin fl-Isem taʼ Min u taʼ Xiex?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 9/1 pp. 6-11

Jehovah Hu l-​Ħakem Tagħna!

“Aħna rridu nobdu ’l Alla bħala ħakem iktar milli lill-​bnedmin”—ATTI 5:29.

1, 2. Liema pożizzjoni appostolika jieħdu x-​Xhieda taʼ Jehovah meta ordnijiet umani jmorru kontra r-​rieda divina?

ALLA JEHOVAH ippermetta li 12-il raġel jittieħdu quddiem qorti għolja. Is-​sena kienet 33 E.K., u l-​qorti kienet is-​Sinedriju Lhudi. Il-​ġuri kien tal-​appostli taʼ Ġesù Kristu. Isma’! ‘Aħna ordnajnielkom biex ma tgħallmux fuq il-​bażi taʼ dan l-​isem,’ igħid il-​qassis il-​kbir, ‘imma intom imlejtu lil Ġerusalemm bit-​tagħlim tagħkom.’ Għal dan, Pietru u l-​appostli l-​oħra ddikjaraw: “Aħna rridu nobdu ’l Alla bħala ħakem iktar milli lill-​bnedmin.” (Atti 5:27-29) Fi kliem ieħor, qalu: “Jehovah hu l-​Hakem tagħna!”

2 Iva, Jehovah hu l-​Ħakem tas-​segwaċi veri taʼ Ġesù. Dan jintgħamel ċar fil-​ktieb tal-​Atti tal-​Appostli fil-​Bibbja, li nkiteb f’Ruma madwar is-​sena 61 E.K. minn “Luqa, t-​tabib maħbub.” (Kolossin 4:14) Bħall-​appostli, in-​nies taʼ Jehovah illum jobdu lill-​Ħakem tagħhom tas-​sema meta ordnijiet umani jmorru kontra r-​rieda tiegħu. Imma x’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Atti? (Fl-istudju persunali, nissuġerulek li taqra l-​porzjonijiet tal-​ktieb speċifikati b’tipi grassi.)

Ġesù Jinkariga Xhieda

3. Meta s-​segwaċi taʼ Ġesù ġew “imgħammdin fl-​ispirtu qaddis,” x’kien l-​interess ewlieni tagħhom?

3 L-​appostli setgħu jieħdu waqfa soda favur Alla għaliex kienu ġew imsaħħin spiritwalment. Kristu miet fuq zokk tat-​tortura, imma huma kienu jafu li kien ġie rxoxtat. (1:1-5) Ġesù “wera lilu nnifsu haj” u għallem veritajiet tas-​Saltna f’iġsma mmaterjalizzati matul 40 jum. Hu qal ukoll lid-​dixxipli tiegħu biex jistennew f’Ġerusalemm għall-​magħmudija “fl-​ispirtu qaddis.” L-​ippridkar imbagħad kellu jkun l-​interess ewlieni tagħhom, bħalma hu għax-​Xhieda taʼ Jehovah illum.—Luqa 24:27, 49; Ġwann 20:19–21:24.

4. X’kellu jiġri meta l-​ispirtu qaddis jasal fuq is-​segwaċi taʼ Ġesù?

4 Qabel ma tgħammdu fl-​ispirtu qaddis, l-​appostli b’mod żbaljat ħasbu dwar ħakma tal-​art biex ittemm id-​dominju Ruman meta staqsew: “Mulej, qed tirrestawra s-​saltna taʼ Iżrael f’dan iż-​żmien?” (1:6-8) Fi kliem ieħor, Ġesù qal le, għax ‘ma kienx jappartjeni lilhom li jkunu jafu ż-​żminijiet u l-​istaġuni.’ ‘Meta l-​ispirtu qaddis jasal fuqhom,’ kien se jagħtihom il-​qawwa biex jixhdu dwar is-​Saltna tas-​sema t’Alla, mhux dwar xi waħda fuq din l-​art. Huma kienu se jippridkaw f’Ġerusalemm, fil-​Ġudea, u fis-​Samarija, “u sal-​iktar parti ’l bogħod tal-​art.” Bil-​għajnuna tal-​ispirtu, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed jagħmlu xogħol bħal dan mad-​dinja kollha f’dawn l-​aħħar jiem.

5. Ġesù kif kien se jiġi bl-​istess mod li telaq?

5 Ġesù kien għadu kif ħareġ dak l-​inkarigu taʼ ppridkar mad-​dinja kollha meta beda tielaʼ lejn is-​sema. Dak it-​tlugħ beda b’ċaqliq ’il fuq u ’l bogħod mid-​dixxipli tiegħu, u iktar tard Ġesù daħal fil-​preżenza tal-​Ħakem tiegħu tas-​sema u għal attività fil-​qasam tal-​ispirti. (1:9-11) Wara li sħaba ħbiet lil Ġesù mill-​vista tal-​appostli, hu sparixxa lill-​ġisem uman tiegħu. Żewġ anġli dehru u qalu li hu ‘kellu jiġi fl-​istess manjiera.’ U hekk ġara. Id-​dixxipli taʼ Ġesù biss rawh jitlaq, saħansitra bħalma x-​Xhieda taʼ Jehovah biss jirrikonoxxu r-​ritorn inviżibbli tiegħu.

Jehovah Jagħmel Għażla

6. Kif intgħażel wieħed biex jieħu l-​post taʼ Ġuda l-​Iskarjota?

6 Malajr l-​appostli kienu lura f’Ġerusalemm. (1:12-26) Ġewwa għorfa fuq (forsi fid-​dar taʼ Marija, omm Mark), il-​11-il appostlu lejali ppersistew fit-​talb maʼ ħut Ġesù mill-​omm, id-​dixxipli l-​oħra tiegħu, u ommu, Marija. (Mark 6:3; Ġakbu 1:1) Imma min kien se jirċievi l-​“kariga taʼ indokrar” taʼ Ġuda? (Salm 109:8) Madwar 120 dixxiplu kienu preżenti meta Alla għażel raġel biex jieħu post Ġuda, it-​traditur taʼ Ġesu, biex b’hekk ġab il-​għadd appostoliku mill-​ġdid għal 12. Il-​għażla riedet tkun taʼ wieħed li kien dixxiplu matul iż-​żmien tal-​ministeru taʼ Ġesù u xhud tal-​irxoxt tiegħu. Naturalment, ir-​raġel ried ukoll jirrikonoxxi lil Jehovah bħala l-​Ħakem tiegħu. Wara talba, intefgħet ix-​xorti fuq Mattias u Ġużeppi Barsabbas. Alla ġiegħel li x-​xorti taqaʼ fuq Mattias.—Proverbji 16:33.

7. (a) Kif kien li Ġuda “xtara għalqa bil-​ħlasijiet tan-​nuqqa taʼ tjieba”? (b) Ġuda kif miet?

7 Ġuda l-​Iskarjota ċertament ma kienx irrikonoxxa lil Jehovah bħala l-​Ħakem tiegħu. Mela, hu kien ittradixxa lill-​Iben t’Alla għal 30 biċċa tal-​fidda! Ġuda ta lura dawk il-​flus lill-​qassisin ewlenin, imma Pietru qal li t-​traditur “xtara għalqa bil-​ħlasijiet għan-​nuqqas taʼ tjieba.” Dan kif? Sewwa, hu pprovda l-​flus u r-​raġuni biex tinxtara l-​“Għalqa tad-​Demm,” kif ġiet imsejħa. Ġiet identifikata maʼ biċċa art dritta fuq in-​naħa t’isfel tal-​Wied taʼ Ħinnom. Bir-​relazzjoni tiegħu mal-​Ħakem tas-​sema kompletament irrovinata, Ġuda “tgħallaq.” (Mattew 27:3-10) Forsi l-​ħabel jew il-​fergħa tas-​siġra nqasmet, biex b’hekk ‘intefaʼ għal rasu, billi nfaqaʼ bi storbju min-​nofs’ meta waqaʼ fuq blat ippuntat. Jalla ħadd minna ma jkun ħu falz!

Mimlijin Bl-​Ispirtu Qaddis!

8. Id-​dixxipli taʼ Ġesù meta kienu mgħammdin fl-​ispirtu qaddis, u b’liema effett?

8 Xi ngħidu dwar il-​magħmudija fl-​ispirtu qaddis imwiegħda? Din seħħet nhar Pentekoste tat-​33 E.K., għaxart ijiem wara t-​tlugħ lejn is-​sema taʼ Ġesù. (2:l-4) Xi ġrajja eċċitanti kienet dik il-​magħmudija! Immaġina x-​xena. Madwar 120 dixxiplu kienu fil-​għorfa taʼ fuq meta ‘f’daqqa waħda ħoss bħal dak taʼ żiffa qawwija li tonfoħ mela d-​dar.’ Ma kienx riħ, imma hekk kien qisu. Ilsien ‘qisu tan-​nar’ qagħad fuq kull dixxiplu u appostlu. “Huma lkoll saru mimlijin bi spirtu qaddis u bdew jitkellmu b’ilsna differenti.” Meta seħħet dik il-​magħmudija, huma ġew ukoll imnisslin bl-​ispirtu qaddis, midlukin, u ssiġillati bħala indikazzjoni taʼ wirt spiritwali.—Ġwann 3:3, 5; 2 Korintin 1:21, 22; 1 Ġwann 2:20.

9. Dwar xiex tkellmu d-​dixxipli mimlijin bl-​ispirtu?

9 Din il-​ġrajja effettwat lil nies Lhud u prożeliti f’Ġerusalemm minn ‘kull ġens taħt is-​sema.’ (2:5-13) Skantati, huma staqsew: ‘Kif inhu li kull wieħed minna qed jismaʼ bil-​lingwa taʼ twelidu?’ Setgħet kienet il-​lingwa taʼ postijiet bħalma huma l-​Medja (il-Lvant mill-​Ġudea), Friġja (fl-Asja Minuri), u Ruma (fl-Ewropa). Hekk kif id-​dixxipli tkellmu b’lingwi differenti “dwar l-​affarijiet manjifiċi t’Alla,” ħafna semmiegħa baqgħu skantati, imma dawk li riedu jwaqqgħu għaċ-​ċajt issuġġerew li kienu fis-​sakra.

Pietru Jagħti Xiehda li Tqanqal

10. Il-​ġrajja f’Pentekoste tat-​33 E.K. wettqet liema profezija, u għandu dan xi xebh fiż-​żmien modern?

10 Pietru beda jagħti xiehda billi juri li d-​disgħa taʼ fil-​għodu kien kmieni wisq biex tkun fis-​sakra. (2:14-21) Minflok din il-​ġrajja kienet bi twettieq tal-​wegħda t’Alla li jferraʼ spirtu qaddis fuq il-​poplu tiegħu. Alla nebbaħ lil Pietru biex jipponta lejn żmienna billi jżid il-​kelmiet “fl-​aħħar jiem” u “se jipprofetizzaw.” (Ġojeli 2:28-32) Jehovah kien se jagħti egħliem fis-​sema u sinjali fuq l-​art qabel il-​jum il-​kbir tiegħu u dawk biss li jsejħu ismu bil-​fidi kienu se jsalvaw. Tferriegħ simili tal-​ispirtu fuq uħud midlukin għenhom biex ”jipprofetizzaw” b’vitalità u effiċjenza kbira llum.

11. Rigward Ġesù, x’sar mil-​Lhud u minn Alla?

11 Pietru mbagħad identifika lill-​Messija. (2:22-28) Alla ta prova li Ġesù kien il-​Messija billi għenu biex iwettaq xogħlijiet taʼ qawwa, sinjali u egħliem. (Ebrej 2:3, 4) Imma l-​Lhud ġagħluh jissammar maʼ zokk “bl-​id taʼ rġiel taʼ mingħajr liġi,” Rumani li ma jagħtux widen tal-​liġi t’Alla. Ġesù ġie “mogħti bil-​parir determinat u l-​għarfien minn qabel t’Alla” billi din kienet ir-​rieda divina. Alla qajjem lil Ġesù, madankollu, u ddispona mill-​ġisem uman tiegħu b’tali mod li ma ġarrabx korruzzjoni.—Salm 16:8-11.

12. David x’ra bil-​quddiem, u fuq xiex tiddependi s-​salvazzjoni?

12 Profezija Messjanika kompluta tiġi enfasizzata hekk kif issoktat ix-​xiehda taʼ Pietru. (2:29-36) Hu qal li David kien ra bil-​quddiem l-​irxoxt tal-​akbar iben tiegħu, Ġesù l-​Messija. Minn post eżaltat fuq id il-​leminija t’Alla, Ġesù kien ferraʼ l-​ispirtu qaddis li rċieva mingħand Missieru. (Salm 110:1) Is-​semmiegħa taʼ Pietru ‘raw u semgħu’ l-​ħidma tal-​ispirtu qaddis għax osservaw ilsna qisu tan-​nar fuq irjus id-​dixxipli u għax semgħu l-​lingwi barranin li dawn kienu tkellmu. Hu wera wkoll li s-​salvazzjoni tiddependi fuq li tirrikonoxxi lil Ġesù bħala l-​Mulej u l-​Messija.—Rumani l0:9; Filippin 2:9-11.

Jehovah Jagħti ż-​Żjieda

13. (a) Biex ikunu mgħammdin kif jixraq, x’riedu jirrikonoxxu l-​Lhud u l-​prożeliti? (b) Kemm ġew imgħammdin, u b’liema effett f’Ġerusalemm?

13 Kemm kien effettiv il-​kliem taʼ Pietru! (2:37-42) Is-​semmiegħa tiegħu ġew minfudin f’qalbhom talli aċċettaw il-​qtil tal-​Messija. Mela, hu ħeġġeġ: “Indmu, u ħalli kull wieħed minnkom jitgħammed fl-​isem taʼ Ġesù Kristu għall-​maħfra taʼ dnubietkom, u se tirċievu r-​rigal b’xejn tal-​ispirtu qaddis.” Lhud u prożeliti kienu diġà jirrikonoxxu lil Jehovah bħala Alla u l-​bżonn tagħhom għall-​ispirtu qaddis tiegħu. Huma issa kien jinħtiġilhom li jindmu u jaċċettaw lil Ġesù bħala l-​Messija sabiex jiġu mgħammdin fl-​isem (billi jirrikonoxxu l-​pożizzjoni jew ħidma) tal-​Missier, l-​Iben, u l-​ispirtu qaddis. (Mattew 28:19, 20) Billi ta xiehda lil dawk il-​Lhud u l-​prożeliti, Pietru uża l-​ewwel muftieħ spiritwali li kien tah Ġesù biex jiftaħ il-​bieb taʼ għarfien u opportunità għal Lhud li jemmnu biex jidħlu fis-​Saltna tas-​sema. (Mattew 16:19) F’dak il-​jum wieħed, 3,000 ġew imgħammdin! Immaġina daqs dawk xhieda taʼ Jehovah jippridkaw fit-​territorju żgħir taʼ Ġerusalemm!

14. Għala u b’liema mod dawk li emmnu kellhom “kollox bejniethom”?

14 Ħafna minn postijiet ’il bogħod kien jonqoshom il-​provisti biex jestendu ż-​żjara tagħhom imma huma xtaqu li jitgħallmu iżjed dwar il-​fidi ġdida tagħhom u li jippridkaw lil oħrajn. Mela s-​segwaċi bikrin taʼ Ġesù bi mħabba għenu lil xulxin, saħansitra bħalma jagħmlu x-​Xhieda taʼ Jehovah illum. (2:43-47) Għal xi żmien, dawk li emmnu kellhom “kollox bejniethom.” Xi wħud biegħu xi propjetà, u l-​fondi tqassmu fost xi wħud li kienu fil-​bżonn. Dan ta lill-​kongregazzjoni bidu mill-​aħjar hekk kif ‘Jehovah għaqqdilhom kuljum lil dawk li qed jiġu salvati.’

Fejqan u r-​Riżultati Tiegħu

15. X’ġara hekk kif Pietru u Ġwanni daħlu fit-​tempju, u n-​nies kif irreaġixxew?

15 Jehovah appoġġja lis-​segwaċi taʼ Ġesù permezz taʼ “sinjali.” (3:1-10) B’hekk, hekk kif Pietru u Ġwanni daħlu fit-​tempju fit-​3 taʼ wara nofs in-​nhar għas-​siegħa tat-​talb assoċjata mas-​sagrifiċċju taʼ fil-​għaxija, wieħed raġel zopp mit-​twelid kien ħdejn ix-​Xatba s-​Sabiħa jitlob “għotjiet taʼ ħniena.” ‘Fidda u deheb ma nippossjedix,’ qal Pietru, ‘imma dak li għandi nagħtik: Fl-​isem taʼ Ġesù Kristu n-​Nazzarenu, imxi!’ Ir-​raġel ġie mfejjaq mill-​ewwel! Hekk kif daħal fit-​tempju “jimxi u jaqbeż u jfaħħar ’l Alla,” in-​nies ‘imtlew b’estasi.’ Forsi xi wħud ftakru fil-​kliem: “Iz-​zopp se jixxabbat sewwa sew bħalma jagħmel iċ-​ċerv.”−Isaija 35:6.

16. L-​appostli kif setgħu jfejqu raġel zopp?

16 In-​nies sorpriżi nġemgħu ħdejn il-​kolonni taʼ Salamun, loġġa mgħottija fuq in-​naħa tal-​Lvant tat-​tempju. Hemm Pietru ta xiehda. (3:11-18) Hu wera li Alla ta l-​qawwa lill-​appostli biex ifejqu lir-​raġel zopp permezz tal-​Qaddej igglorifikat Tiegħu, Ġesù. (Isaija 52:13–53:12) Il-​Lhud ċaħdu lil “dak il-​wieħed qaddis u twajjeb”; madankollu, Jehovah irxoxtah. Għalkemm il-​poplu u l-​mexxejja tagħhom ma kinux jafu li kienu qed jagħtu għall-​mewt lill-​Messija, Alla b’hekk wettaq kliem profetiku li “l-​Kristu tiegħu kellu jsofri.”−Danjel 9:26.

17. (a) X’azzjoni kellhom jieħdu l-​Lhud? (b) X’ġara minn mindu ‘Kristu ntbagħat’ fi żmienna?

17 Għall-​mod kif ittrattaw lill-​Messija, Pietru wera x’kellhom jagħmlu l-​Lhud. (3:19-26) Huma riedu ‘jindmu,’ jew iħossu rimors għal dnubiethom, u ‘jduru lura,’ jew jikkonvertu, billi jieħdu korsa opposta. Jekk jeżerċitaw fidi f’Ġesù bħala l-​Messija billi jaċċettaw il-​fidwa, serħan kellu jiġi għandhom mingħand Jehovah bħala dawk li nħafrulhom dnubiethom. (Rumani 5:6-11) Il-​Lhud ġew imfakkrin li huma kienu wlied il-​patt li Alla kien għamel maʼ misserijiethom, billi qal lil Abraham: “Fiż-​żerriegħa tiegħek il-​familji kollha tal-​art se jitbierku.” Mela Alla l-​ewwel bagħat lill-​Qaddej Messjaniku tiegħu biex jeħles lil-​Lhud niedma. Taʼ interess, minn mindu ‘Kristu ntbagħat’ fil-​qawwa tas-​Saltna tas-​sema fl-​1914, kien hemm restawrazzjoni taʼ serħan taʼ veritajiet u organizzazzjoni teokratika fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah.—Ġenesi 12:3; 18:18; 22:18.

Ma Kellhomx Jieqfu!

18. Liema “ġebla” ġiet irrifjutata mill-​“bennejja” Lhud, u f’min biss hemm is-​salvazzjoni?

18 Irrabjati għaliex Pietru u Ġwanni ddikjaraw l-​irxoxt taʼ Ġesù, il-​qassisin ewlenin, il-​kaptan tat-​tempju, u s-​Sadduċej arrestawhom. (4:1-12) Is-​Sadduċej ma kinux jemmnu fl-​irxoxt, imma ħafna oħrajn bdew jemmnu, u rġiel biss kien hemm madwar 5,000. Meta ġie mistoqsi quddiem il-​qorti għolja taʼ Ġerusalemm, Pietru qal li r-​raġel zopp ġie mfejjaq “fl-​isem taʼ Ġesù Kristu n-​Nazzarenu,” li kien ġie msammar maʼ zokk minnhom imma kien ġie mqajjem mill-​mewt minn Alla. Din il-​“ġebla” irrifjutata mill-​“bennejja” Lhud kienet saret “ras il-​għareb.” (Salm 118:22) “Barra minn hekk,” qal Pietru, “m’hemm ebda salvazzjoni fl-​ebda wieħed ieħor.”

19. Meta ġew ordnati biex jieqfu jippridkaw, l-​appostli kif wieġbu?

19 Sar attentat biex jitwaqqaf kliem bħal dan. (4:13-22) Peress li r-​raġel imfejjaq kien preżenti, kien impossibbli li tiċħad dan is-​“sinjal li taʼ min jinnotah,” iżda Pietru u Ġwanni ġew ordnati ‘biex imkien ma jitkellmu jew igħallmu fuq il-​bażi taʼ isem Ġesù.’ It-​tweġiba tagħhom? ‘Aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna.’ Huma obdew lil Jehovah bħala l-​Ħakem tagħhom!

It-​Talb Imwieġeb!

20. Id-​dixxipli għal xiex talbu, u b’liema riżultat?

20 Bħalma x-​Xhieda taʼ Jehovah jitolbu fil-​laqgħat, hekk id-​dixxipli talbu meta l-​appostli li kienu ġew meħlusin irrapportaw x’kien ġralhom. (4:23-31) Ġie nnotat li l-​ħakkiema Erodi Antipas u Ponzju Pilatu, flimkien mar-​Rumani Ġentili u nies taʼ Iżrael, kienu nġabru flimkien kontra l-​Messija. (Salm 2:1, 2; Luqa 23:1-12) Bi tweġiba għat-​talba, Jehovah mela lid-​dixxipli bl-​ispirtu qaddis, biex b’hekk huma tkellmu l-​kelma t’Alla bil-​qlubija. Il-​Ħakem tagħhom ma ġiex mitlub li jtemm il-​persekuzzjoni imma li jgħinhom jippridkaw bil-​qlubija minkejja dan.

21. Min kien Barnabas, u liema kwalitàjiet kien jippossjedi?

21 Dawk li emmnu baqgħu jkollhom kollox flimkien, u l-​ebda wieħed ma kien fil-​bżonn. (4:32-37) Wieħed li kkontribwixxa kien il-​Levita Ġuzeppi taʼ Ċipru. L-​appostli tawh il-​kunjom Barnabas, li jfisser “Bin il-​Faraġ,” wisq probabbli għaliex kien iħobb igħin u jissimpatizza mill-​qalb. Ċertament, ilkoll kemm aħna rridu nkunu dak it-​tip taʼ persuna.—Atti 11:22-24.

Il-​Giddieba Mikxufin

22, 23. X’kien id-​dnub taʼ Ananija u Safira, u kif nistgħu nibbenefikaw mill-​esperjenza tagħhom?

22 Ananija u martu, Safira, madankollu, ma baqgħux jirrikonoxxu lil Jehovah bħala l-​Ħakem tagħhom. (5:1-11) Biegħu għalqa u żammew xi ftit mill-​flus waqt li taparsi taw lill-​appostli l-​flus kollha. Għarfien mogħti mill-​ispirtu t’Alla għen lil Pietru jagħraf l-​ipokrezija tagħhom, li wasslet għall-​mewt tagħhom. Xi twissija għal dawk li jiġu ttantati minn Satana biex iqarrqu!—Proverbji 3:32; 6:16-19.

23 Wara dan l-​inċident, ħadd b’mottivi ħżiena ma kellu l-​kuraġġ jingħaqad mad-​dixxipli. Oħrajn saru jemmnu. (5:12-16) Barra minn dan, hekk kif il-​morda u dawk imħabbtin bi spirti ħżiena poġġew fidi fil-​qawwa t’Alla, ‘kollha kemm huma tfejqu.’

Obdi ’l Alla Minflok lill-​Bnedmin

24, 25. Il-​mexxejja Lhud għala ppersegwitaw lill-​appostli, imma liema livell waqqfu dawn l-​uħud lejali għall-​qaddejja kollha taʼ Jehovah?

24 Il-​qassis il-​kbir u s-​Sadduċej issa ppruvaw iwaqqfu ż-​żjieda meraviljuża billi tefgħu lill-​appostli kollha fil-​ħabs. (5:17-25) Imma dak il-​lejl l-​anġlu t’Alla ħelishom. U sa sbieħ il-​jum kienu qed igħallmu fit-​tempju! Il-​persekuzzjoni ma tistax twaqqaf lill-​qaddejja taʼ Jehovah.

25 Iżda, intużat pressjoni meta l-​appostli ttieħdu quddiem is-​Sinedriju. (5:26-42) Meta ġew ordnati biex jieqfu jgħallmu, madankollu, huma qalu: “Ahna rridu nobdu ’l Alla bħala ħakem iktar milli lill-​bnedmin.” Dan waqqaf livell għad-​dixxipli taʼ Ġesù, wieħed segwit mix-​Xhieda taʼ Jehovah illum. Wara twissija mill-​għalliem tal-​Liġi Gamaljel, il-​mexxejja sawtu lill-​appostli, ordnawlhom biex jieqfu jippridkaw, u ħelsuhom.

26. Il-​ministeru tal-​appostli kif jitqabbel maʼ dak tax-​Xhieda taʼ Jehovah illum?

26 L-​appostli kienu ferħanin li kienu ġew meqjusin denji li jiġu mżebilħin minħabba l-​isem taʼ Ġesù. “U kuljum fit-​tempju u minn dar għal dar komplew bla heda jgħallmu u jiddikjaraw l-​aħbar tajba.” Iva, huma kienu ministri minn dar għal dar. Hekk ukoll huma x-​Xhieda t’Alla taż-​żmien modern, li wkoll irċevew l-​ispirtu tiegħu għaliex huma jobduh u jgħidu, “Jehovah hu l-​Ħakem tagħna!”

Kif Se Twieġeb?

◻ Liema kariga trid titwettaq mis-​segwaċi taʼ Ġesù, tal-​passat u tal-​preżent?

◻ X’ġara fil-​jum taʼ Pentekoste tat-​33E.K.?

◻ Pietru meta u kif uża l-​ewwel muftieħ spiritwali li tah Ġesù?

◻ X’nistgħu nitgħallmu mill-​esperjenza taʼ Ananija u Safira?

◻ Meta ġew ordnati biex jieqfu jippridkaw, x’livell waqqfu l-​appostli għax-​Xhieda taʼ Jehovah kollha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja