LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 2/8 p. 3
  • Familji bla Missier Sinjal taż-Żminijiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Familji bla Missier Sinjal taż-Żminijiet
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Familji bla Missier—Kif Jitwaqqaf Iċ-Ċiklu
    Stenbaħ!—2000
  • Werrej
    Stenbaħ!—2000
  • Il-Missirijiet—Għala Qed Jgħibu
    Stenbaħ!—2000
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 2/8 p. 3

Familji bla Missier Sinjal taż-​Żminijiet

LIEMA taħseb li hi l-​iktar problema soċjali sinjifikanti taʼ żmienna? Kważi 80 fil-​mija taʼ dawk li ġew mistħarrġin fi stħarriġ taʼ Gallup fl-​Istati Uniti jemmnu li din hija “l-​assenza fiżika tal-​missier mid-​dar.” Skond Gallup, iktar minn 27 miljun tifel u tifla fl-​Istati Uniti ma jgħixux mal-​missirijiet bijoloġiċi tagħhom, u dan in-​numru qiegħed jiżdied bil-​ħeffa. Rapport mill-​Fond tal-​Ġnus Magħquda għat-​Tfal jgħid li madwar 50 fil-​mija tat-​tfal bojod li twieldu fl-​Istati Uniti mill-​1980 ’l hawn, “se jqattgħu parti mit-​tfulija tagħhom f’familja b’ġenitur wieħed. Għat-​tfal suwed il-​proporzjon huwa madwar 80%.” USA Today b’hekk innominat lill-​Istati Uniti bħala ‘l-​iktar pajjiż minn taʼ quddiem fid-​dinja fejn għandhom x’jaqsmu familji bla missier.’

Madankollu, artiklu f’The Atlantic Monthly josserva: “Iż-​żjieda fit-​taħwid fil-​familja m’hijiex unika għas-​soċjetà Amerikana. Hija evidenti kważi fil-​ġnus avanzati kollha, inkluż il-​Ġappun.” U filwaqt li l-​istatistiċi huma diffiċli biex jinkisbu, ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw milli jidher qed jiffaċċjaw kriżi simili. Skond ir-​rivista World Watch, “l-​irġiel [f’pajjiżi fqar] taʼ spiss jabbandunaw lin-​nisa u lit-​tfal tagħhom minħabba l-​pressjonijiet ekonomiċi li qed jiżdiedu.” Fil-​fatt, stħarriġ f’pajjiż fil-​Karibew wera li 22 fil-​mija biss tal-​missirijiet li kellhom tfal taʼ tmien snin attwalment kienu jgħixu maʼ wliedhom.

It-tfal bla missier kienu komuni fi żminijiet Bibliċi ukoll. (Dewteronomju 27:19; Salm 94:6) Madankollu, dakinhar, ir-​raġuni ewlenija għala ż-​żgħar kienu jispiċċaw bla missier kien minħabba li dan ikun miet. Il-​kittieb David Blankenhorn jgħid, ‘Illum, il-​kaġun prinċipali għala t-​tfal jisfaw bla missier hija l-​għażla tal-​missier stess.’ Tabilħaqq, kif se naraw, l-​għadd li qed jiżdied taʼ tfal bla missier jagħti evidenza li ħafna nies illum huma “bla qalb.” Skond il-​Bibbja, din hija biss prova oħra li qegħdin ngħixu fl-​“aħħar tad-​dinja.”—2 Timotju 3:​1-3.

Madankollu, għat-​tfal iż-​żgħar din tkun traġedja persunali meta l-​missier jgħib minn ħajjithom. Minħabba f’hekk jibda ċiklu taʼ wġigħ u ħsara kbira li jistaʼ jkollu konsegwenzi fit-​tul. Għalhekk, f’din is-​serje se niddiskutu dan iċ-​ċiklu, mhux biex lill-​qarrejja naqtgħulhom qalbhom, imma biex nipprovdu tagħrif li jistaʼ jgħin lill-​familji jwaqqfu din ix-​xejra qerrieda.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja