2 Kronaki
6 Kien imbagħad li Salamun qal:+ “Ġeħova nnifsu qal li kellu jgħammar fid-dalma ħoxna;+ 2 u jien, min-naħa tiegħi, bnejtlek dar bħala post eżaltat fejn toqgħod+ u post stabbilit biex tgħammar fih għal żmien indefinit.”+
3 U s-sultan dawwar wiċċu lejn il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel u beda jberikha,+ waqt li l-kongregazzjoni kollha taʼ Israel kienet bil-wieqfa.+ 4 U kompla jgħid: “Ikun imbierek Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ li tkellem b’fommu maʼ David, missieri,+ u ġab it-twettiq b’idejh stess,+ meta qal, 5 ‘Minn dakinhar li ħriġt lill-poplu tiegħi Israel mill-art taʼ l-Eġittu m’għażiltx belt mit-tribujiet kollha taʼ Israel biex nibni dar għal ismi+ ħalli jkun hemmhekk, u m’għażiltx raġel biex ikun mexxej fuq il-poplu tiegħi Israel.+ 6 Imma se nagħżel lil Ġerusalemm+ sabiex ismi jkun hemmhekk, u se nagħżel lil David biex ikun fuq il-poplu tiegħi Israel.’+ 7 U David, missieri, xtaq minn qalbu li jibni dar għal isem Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.+ 8 Imma Ġeħova qal lil David, missieri, ‘Talli xtaqt minn qalbek li tibni dar għal ismi, int għamilt tajjeb, għax dan xtaqtu minn qalbek.+ 9 Biss mhux int tibni d-dar,+ imma ibnek li se jitnissel minnek* hu l-wieħed li jibni d-dar għal ismi.’+ 10 U Ġeħova wettaq il-kelma+ li qal, sabiex jien inqum minflok David, missieri,+ u noqgħod fuq it-tron+ taʼ Israel, bħalma kien qal Ġeħova,+ u nibni d-dar għal isem Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ 11 u biex inqiegħed l-Arka+ hemmhekk fejn hemm il-patt taʼ Ġeħova li hu għamel maʼ wlied Israel.”+
12 U hu qagħad bil-wieqfa quddiem l-artal taʼ Ġeħova, quddiem il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel,+ u mbagħad fetaħ idejh.+ 13 (Għax Salamun kien għamel pjattaforma+ tar-ram aħmar u qegħedha f’nofs il-bitħa.+ Kienet twila ħames kubiti, wiesgħa ħames kubiti, u għolja tliet kubiti; u hu baqaʼ bil-wieqfa fuqha.) U niżel għarkopptejh+ quddiem il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel u fetaħ idejh lejn is-smewwiet.+ 14 U qal: “O Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ m’hemmx Alla bħalek+ fis-smewwiet jew fl-art, int li tħares il-patt+ u l-qalb tajba bl-imħabba mal-qaddejja tiegħek li mexjin quddiemek b’qalbhom kollha;+ 15 int li żammejt il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David, missieri,+ u b’hekk il-wegħda għamiltha b’fommok, u wettaqtha b’idek, kif inhu llum.+ 16 U issa, O Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, żomm il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David, missieri, meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek quddiemi biex joqgħod fuq it-tron taʼ Israel,+ sakemm uliedek+ joqogħdu attenti għal triqithom billi jimxu mal-liġi tiegħi,+ bħalma mxejt quddiemi int.’+ 17 U issa, O Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ ħalli l-wegħda+ li wegħedt lill-qaddej tiegħek David tkun taʼ min jafdaha.+
18 “Imma tassew li Alla se jgħammar mal-bnedmin fuq l-art?+ Ara! Is-sema, iva, is-sema tas-smewwiet, ma jesgħekx;+ kemm inqas, mela, din id-dar li bnejt jien!+ 19 Dur lejn it-talba tal-qaddej tiegħek+ u lejn is-supplika* tiegħu għall-ħniena,+ O Ġeħova Alla tiegħi, billi tismaʼ l-għajta bil-ħrara+ u t-talba li biha l-qaddej tiegħek qed jitlob quddiemek,+ 20 sabiex għajnejk ikunu miftuħin+ fuq din id-dar lejl u nhar, fuq il-post fejn int għedt li se tpoġġi ismek,+ billi tismaʼ t-talba li biha l-qaddej tiegħek jitlob lejn dan il-post.+ 21 U ismaʼ t-talb bil-ħrara tal-qaddej tiegħek+ u tal-poplu tiegħek Israel meta jitolbu lejn dan il-post,+ sabiex tismaʼ mill-post fejn tgħammar, mis-smewwiet;+ u tismaʼ u taħfer.+
22 “Jekk raġel jidneb kontra għajru,+ u dan jisħtu b’saħta biex iġibu taħt il-piena+ tas-saħta, u hu jiġi b’dik is-saħta quddiem l-artal tiegħek f’din id-dar,+ 23 ismaʼ mis-smewwiet,+ u aġixxi+ u ġġudika lill-qaddejja tiegħek billi tħallas lill-bniedem mill-agħar u tħallsu t’għemilu,+ u billi lill-ġust tiddikjarah ġust+ u troddlu skond is-sewwa tiegħu.+
24 “U jekk il-poplu tiegħek Israel jisfa megħlub quddiem xi għadu+ għax ikun baqaʼ jidneb kontrik,+ u n-nies jerġgħu lura għandek+ u jfaħħru lil ismek+ u jitolbu+ u jissupplikaw għall-ħniena quddiemek f’din id-dar,+ 25 ismaʼ mis-smewwiet,+ u aħfer+ id-dnub tal-poplu tiegħek Israel u ġibhom lura+ fl-art li tajt lilhom u lil missirijiethom.+
26 “Meta s-smewwiet jingħalqu u ma tagħmilx xita,+ għax ikunu baqgħu jidinbu+ kontrik, u huma jitolbu lejn dan il-post+ u jfaħħru lil ismek u jduru lura minn dnubhom, għax tkun għakkisthom,+ 27 ismaʼ int mis-smewwiet, u aħfer id-dnub tal-qaddejja tiegħek, iva, tal-poplu tiegħek Israel, għax int tgħallimhom+ dwar it-triq it-tajba+ li għandhom jimxu fiha; u ibgħat ix-xita+ fuq l-art li int tajt lill-poplu tiegħek bħala wirt.+
28 “Jekk jaqaʼ l-ġuħ+ fil-pajjiż, jekk titfaċċa xi pesta,+ jekk l-uċuħ tar-rabaʼ jitħassru bir-riħ jaħraq,+ jekk ikun hemm il-moffa,+ il-ġurati,+ u l-wirdien;+ jekk l-għedewwa tagħhom+ jassedjawhom ġewwa bliethom+—kull xorta taʼ kastig u kull xorta taʼ mard+— 29 kwalunkwe talba,+ kwalunkwe supplika għall-ħniena+ li ssir min-naħa taʼ xi raġel jew tal-poplu kollu tiegħek Israel,+ għax kull wieħed jaf il-kastig tiegħu+ u l-uġigħ tiegħu; meta jiftaħ idejh lejn din id-dar,+ 30 ismaʼ int mis-smewwiet, il-post fejn tgħammar,+ u aħfer+ u agħti lil kull wieħed skond triqatu kollha,+ għax int taf lil qalbu+ (għax int biss taf tajjeb qalb ulied il-bnedmin);+ 31 sabiex huma jibżgħu+ minnek billi jimxu fi triqatek il-jiem kollha li jibqgħu ħajjin fuq wiċċ l-art li tajt lil missirijietna.+
32 “Kif ukoll lill-barrani, li m’huwiex parti mill-poplu tiegħek Israel+ u li jiġi minn art imbiegħda minħabba ismek il-kbir+ u idek b’saħħitha+ u driegħek maħruġ ’il barra,+ u jiġi u jitlob lejn din id-dar,+ 33 isimgħu mis-smewwiet, mill-post stabbilit fejn tgħammar,+ u agħmel skond dak kollu li jsejjaħlek għalih il-barrani;+ sabiex il-popli kollha taʼ l-art ikunu jafu lil ismek,+ u jibżgħu+ minnek bħalma jagħmel il-poplu tiegħek Israel, u jkunu jafu li ismek ġie msejjaħ fuq din id-dar li bnejt jien.+
34 “Jekk in-nies tiegħek joħorġu għall-gwerra+ kontra l-għedewwa tagħhom fit-triq li tibgħathom+ int, u huma jitolbu+ lilek fid-direzzjoni taʼ din il-belt li int għażilt u d-dar li jien bnejt għal ismek,+ 35 ismaʼ wkoll mis-smewwiet it-talba tagħhom u s-supplika tagħhom għall-ħniena,+ u wettaq il-ġudizzju għalihom.+
36 “Jekk jidinbu kontrik+ (għax m’hemm ebda bniedem li ma jidnibx),+ u int tagħdab għalihom u tabbandunahom f’idejn xi għadu, u dawk li jaqbduhom jiħduhom fil-jasar lejn pajjiż fil-bogħod jew fil-viċin;+ 37 u huma jiġu f’sensihom fil-pajjiż fejn ikunu ttieħdu lsiera, u jerġgħu lura u jissupplikawk għall-ħniena fil-pajjiż fejn qegħdin ilsiera,+ billi jgħidu, ‘Dnibna,+ żbaljajna,+ u aġixxejna bil-ħażen’;+ 38 u jerġgħu lura lejk b’qalbhom kollha+ u b’ruħhom kollha waqt li jkunu lsiera+ fil-pajjiż taʼ dawk li ħaduhom fil-jasar, u jitolbuk fid-direzzjoni t’arthom li int tajt lil missirijiethom u l-belt li int għażilt+ u d-dar li jien bnejt għal ismek;+ 39 ismaʼ int mis-smewwiet, mill-post stabbilit fejn tgħammar,+ it-talba tagħhom u s-suppliki tagħhom għall-ħniena,+ u wettaq il-ġudizzju+ għalihom, u aħfer+ lin-nies tiegħek li dinbu kontrik.
40 “Issa, O Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħa jkunu miftuħin għajnejk+ u ħa jkunu attenti widnejk+ għat-talba dwar dan il-post. 41 U issa qum,+ O Alla Ġeħova, fil-mistrieħ tiegħek,+ int u l-Arka tas-saħħa tiegħek.+ Ħa jitlibbsu bis-salvazzjoni l-qassisin, O Alla Ġeħova, u ħa jithennew bit-tjubija dawk il-leali tiegħek.+ 42 O Alla Ġeħova, iddawwarx lura wiċċ il-midluk tiegħek.+ Ftakar fil-qalb tajba bl-imħabba lejn David, il-qaddej tiegħek.”+