1 Timotju
2 Għalhekk, inħeġġeġ biex l-ewwelnett isiru suppliki,* talb,+ interċessjonijiet, u radd il-ħajr għall-bnedmin taʼ kull xorta,+ 2 għas-slaten+ u għal kulmin għandu pożizzjoni għolja;+ sabiex inkomplu ngħaddu ħajja kalma u kwieta bid-devozzjoni sħiħa lejn Alla u bis-serjetà kollha.+ 3 Dan hu tajjeb u aċċettabbli+ quddiem Alla, is-Salvatur tagħna,+ 4 li jrid li bnedmin taʼ kull xorta+ jiġu salvati+ u jaslu għall-għarfien eżatt+ dwar il-verità.+ 5 Għax hemm Alla wieħed,+ u medjatur wieħed+ bejn Alla+ u l-bnedmin,+ Kristu Ġesù,+ bniedem 6 li ta lilu nnifsu għal kulħadd bħala fidwa ekwivalenti+—dwar dan trid tingħata xiehda fi żmienha. 7 Għal din ix-xiehda+ nħtart predikatur u appostlu+—qed ngħid il-verità,+ m’iniex nigdeb—għalliem tal-ġnus+ fejn jidħlu l-fidi+ u l-verità.
8 Għaldaqstant nixtieq li f’kull post l-irġiel ikomplu jitolbu, u jerfgħu idejn leali,+ mingħajr korla+ u dibattiti.+ 9 Bl-istess mod nixtieq li n-nisa jiżżejnu bi lbies adattat, bil-modestja+ u b’moħħ f’loku, mhux bi stili taʼ xagħar immaljat u deheb jew perli jew ħwejjeġ li jiswew ħafna flus,+ 10 imma bil-mod li jixraq lil nisa li jgħidu li jqimu lil Alla,+ jiġifieri, b’għemejjel tajbin.+
11 Il-mara ħa toqgħod siekta waqt li titgħallem b’sottomissjoni sħiħa.+ 12 Ma nippermettix li mara tgħallem,+ jew li teżerċita awtorità fuq raġel,+ imma li toqgħod siekta. 13 Għax Adam intgħamel l-ewwel, imbagħad Eva.+ 14 Ukoll, Adam ma ġiex imqarraq,+ imma l-mara ġiet imqarrqa għalkollox+ u saret ħatja taʼ ksur tal-liġi.+ 15 Madankollu, hi tinżamm salva billi tiled it-tfal,+ dment li jibqgħu fil-fidi u l-imħabba u l-qdusija kif ukoll iżommu moħħ f’loku.+