Ġwanni
14 “Tħallux lil qlubkom jitħawdu.+ Eżerċitaw il-fidi f’Alla,+ eżerċitaw il-fidi fija wkoll.+ 2 F’dar Missieri hemm ħafna postijiet fejn toqogħdu.+ Kieku ma kienx hekk kont ngħidilkom, għax sejjer inħejji post+ għalikom. 3 U meta mmur inħejji post għalikom, nerġaʼ niġi+ u nilqagħkom id-dar għandi,+ biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll.+ 4 U fejn sejjer jien, it-triq tafuha.”
5 Qallu Tumas:+ “Mulej, ma nafux fejn sejjer.+ Kif nafuha t-triq?”
6 Ġesù qallu: “Jien it-triq,+ il-verità,+ u l-ħajja.+ Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.+ 7 Kieku sirtu tafu lili, kontu ssiru tafu lil Missieri wkoll; minn issa ’l quddiem tafuh u rajtuh.”+
8 Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.”
9 Ġesù qallu: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma sirtx taf min jien? Min ra lili ra wkoll lill-Missier.+ Kif qed tgħid, ‘Urina l-Missier’?+ 10 Ma temminx li jien f’unjoni mal-Missier u l-Missier f’unjoni miegħi?+ Dak li ngħidilkom ma ngħidux minni nnifsi; imma l-Missier li jibqaʼ f’unjoni miegħi qed jagħmel l-għemejjel tiegħu.+ 11 Emmnuni li jien f’unjoni mal-Missier u l-Missier f’unjoni miegħi; inkella emmnu minħabba l-għemejjel stess.+ 12 Tassew, tassew, ngħidilkom, Min jeżerċita l-fidi fija, dan ukoll se jagħmel l-għemejjel li nagħmel jien; u se jagħmel għemejjel akbar+ minn dawn, għax jien sejjer għand il-Missier.+ 13 Ukoll, kulma titolbu f’ismi, jien nagħmlu, sabiex il-Missier jiġi glorifikat permezz taʼ l-Iben.+ 14 Jekk titolbu xi ħaġa f’ismi, nagħmilha.
15 “Jekk tħobbuni, tosservaw il-kmandamenti tiegħi;+ 16 u jien nitlob lill-Missier u jagħtikom ajjutant ieħor biex ikun magħkom għal dejjem,+ 17 l-ispirtu tal-verità,+ li d-dinja ma tistax tirċivih,+ għax la tarah u lanqas tafu. Intom tafuh, għax jibqaʼ magħkom u qiegħed fikom.+ 18 Ma nħallikomx bħal iltiema.+ Niġi għandkom. 19 Ftit ieħor u d-dinja ma taranix iktar,+ imma intom tarawni,+ għax jien ngħix u intom se tgħixu.+ 20 Dakinhar tkunu tafu li jien f’unjoni maʼ Missieri u intom f’unjoni miegħi u jien f’unjoni magħkom.+ 21 Min għandu l-kmandamenti tiegħi u josservahom, dan iħobbni.+ U min iħobbni jkun maħbub minn Missieri, u jien inħobbu u nurih lili nnifsi b’mod ċar.”
22 Ġuda,+ mhux l-Iskarjota, qallu: “Mulej, x’ġara biex bi ħsiebek turi lilek innifsek b’mod ċar lilna u mhux lid-dinja?”+
23 Ġesù wieġeb u qallu: “Jekk xi ħadd iħobbni, josserva+ kelmti, u Missieri jħobbu, u niġu għandu u nibqgħu noqogħdu miegħu.+ 24 Min ma jħobbnix ma josservax kliemi; u l-kelma li qed tisimgħu mhix tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.+
25 “Għedtilkom dan waqt li għadni magħkom. 26 Imma l-ajjutant, l-ispirtu qaddis, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom kulma għedtilkom.+ 27 Inħallilkom il-paċi, nagħtikom il-paċi tiegħi.+ Ma nagħtihilkomx kif tagħtiha d-dinja. Tħallux lil qlubkom jitħawdu u lanqas jitbeżżgħu. 28 Smajtu li għedtilkom, Sejjer u nerġaʼ niġi għandkom. Kieku ħabbejtuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier akbar+ minni. 29 Għalhekk għedtilkom issa, qabel ma jiġri,+ sabiex meta jiġri, temmnu. 30 M’iniex se nitkellem wisq iktar magħkom, għax ġej il-ħakkiem+ tad-dinja. Hu m’għandu ebda setgħa fuqi,+ 31 imma, sabiex id-dinja tkun taf li jien inħobb lill-Missier, saħansitra bħalma ordnali+ l-Missier, hekk qed nagħmel. Qumu, ejjew nitilqu minn hawnhekk.