Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali
1 Waqt li l-mezzi tax-xandir u l-għalliema sekulari jigglorifikaw l-għana materjali, il-Kelma t’Alla tħeġġiġna billi tgħidilna “Stagħnew b’Opri Tajba.” (1 Tim. 6:18) Din hija t-tema tal-programm tal-jum t’assemblea speċjali li jibda minn Settembru 2002. Liema inkuraġġiment se nirċievu f’din l-assemblea?
2 L-indokratur tas-circuit se jiddiskuti xi tfisser it-tema “Kun Għani minn Kif Jarak Alla,” u se jintervista lil xi wħud li qed iħabirku b’ħilithom kollha sabiex jiksbu l-għana spiritwali. Fl-ewwel taħdita tiegħu dakinhar, il-kelliemi li jkun qed iżurna se juri kif il-poplu t’Alla qed iwettaq “Għemejjel mill-Aħjar f’Dan iż-Żmien taʼ Ħsad.” Kull wieħed u waħda minna se jiġi mħeġġeġ jikkunsidra kif jistaʼ jieħu sehem saħansitra iktar bis-sħiħ fix-xogħol tal-ħsad ordnat minn Alla li qed jitwettaq illum.
3 Kemm nieħdu pjaċir meta naraw liż-żgħażagħ Kristjani jfittxu l-għana spiritwali! Dan jigglorifika lil Jehovah u jgħin liż-żgħażagħ biex iqiegħdu pedament tajjeb għall-privileġġi taʼ servizz iktar ’il quddiem. Il-parti “Prosit liż-Żgħażagħ għall-Għemejjel mill-Aħjar f’li Jfaħħru lil Jehovah” se ssemmi għemejjel mill-aħjar li ż-żgħażagħ Kristjani qed iwettqu lokalment.
4 X’inhuma r-riżultati meta nfittxu li nagħmlu għemejjel mill-aħjar? Il-kelliemi li jkun qed iżurna se jiddiskuti dan fl-aħħar taħdita tiegħu, “Kompli f’Għemejjel mill-Aħjar u Aħsad il-Barkiet taʼ Jehovah.” Se jikkunsidra erbaʼ aspetti fejn nistgħu naħsdu barkiet għonja: (1) bħala individwi, (2) bħala familji, (3) bħala kongregazzjoni, u (4) bħala organizzazzjoni madwar id-dinja.
5 Dawk li ddedikaw ruħhom lil Jehovah se jkollhom l-opportunità li jitgħammdu. Jekk int lest li tagħmel dan il-pass, informa fil-pront lill-indokratur li jippresiedi.
6 Meta titħabbar id-data taʼ l-assemblea li se ssir fejn toqgħod int, ħaffef u agħmel pjanijiet definiti sabiex tattendi. Stinka biex tasal kmieni sabiex tieħu sehem fl-għanja u t-talba tal-ftuħ. Il-fatt li nkunu preżenti u attenti għall-programm kollu tal-jum t’assemblea speċjali se jsaħħaħna biex inkomplu nfittxu ħajja li tagħmilna verament għonja minn kif jarana Alla tagħna, Jehovah.