Proverbji
13 Iben ikun għaref fejn hemm id-dixxiplina taʼ missier,+ imma min iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt ma semax iċ-ċanfir.+
2 Bi frott fommu bniedem jiekol it-tajjeb,+ imma ruħ dawk li jaġixxu bi tradiment tixtieq il-vjolenza.+
3 Min jgħasses fommu qed iħares lil ruħu.+ Min jiftaħ xofftejh beraħ se jiġi f’rovina.+
4 L-għażżien qed juri li hu xewqan, imma m’għandu xejn.+ Madankollu, in-nies ħabrieka se jitqawwew.+
5 Kelma falza jobgħodha l-ġust,+ imma l-imġiba taʼ mistħija tan-nies mill-agħar iġġibilhom l-għajb.+
6 Is-sewwa jgħasses lil min fi triqtu ma jagħmilx ħsara,+ imma l-ħażen jirrovina lill-midneb.+
7 Hemm min jagħmilha t’għani u madankollu m’għandu xejn;+ hemm min jagħmilha taʼ wieħed taʼ ftit mezzi u madankollu għandu ħafna affarijiet taʼ valur.
8 Bniedem jifdi ruħu bir-rikkezzi tiegħu,+ imma dak taʼ ftit mezzi ma semax iċ-ċanfir.+
9 Id-dawl tal-ġusti se jferraħhom;+ imma l-musbieħ tan-nies mill-agħar se jintefa.+
10 Bil-prużunzjoni wieħed iġib biss taqbid,+ imma l-għerf qiegħed maʼ dawk li jikkonsultaw flimkien.+
11 L-affarijiet taʼ valur li jirriżultaw mill-frugħa jonqsu,+ imma min jiġbor b’idu jżidhom.+
12 L-istennija mtawla qed tmarrad il-qalb,+ imma l-ħaġa mixtieqa hi siġra tal-ħajja meta tiġi.+
13 Min stmerr il-kelma+ se jittiħidlu r-rahan li ħalla għad-dejn tiegħu; imma min jibżaʼ mill-kmandament se jiġi premjat.+
14 Il-liġi taʼ l-għaref hija sors taʼ ħajja,+ biex tbiegħed lil dak li jkun min-nases tal-mewt.+
15 Min għandu dehen kbir jaqlaʼ l-approvazzjoni,+ imma triq dawk li jaġixxu bi tradiment hija mħarbta.+
16 Kulmin hu prudenti se jaġixxi bl-għarfien,+ imma min hu stupidu se jxerred il-bluha maʼ kullimkien.+
17 Messaġġier mill-agħar se jġib id-deni,+ imma mibgħut leali jġib il-fejqan.+
18 Min jinjora d-dixxiplina jaqaʼ fil-faqar u d-diżunur,+ imma min iħares twiddiba jiġi glorifikat.+
19 Xewqa maqtugħa hija pjaċevoli għar-ruħ;+ imma għall-istupidi hija xi ħaġa mistkerrha li jitbiegħdu mill-ħażin.+
20 Min qed jimxi maʼ l-għorrief se jsir għaref,+ imma min qed jagħmilha maʼ l-istupidi se jaħbatlu ħażin.+
21 Il-midinbin jiġri warajhom il-gwaj,+ imma l-ġusti jiġu premjati bit-tajjeb.+
22 Min hu tajjeb iħalli wirt għal ulied l-ulied, u l-ġid tal-midneb hu xi ħaġa maħżuna għall-ġust.+
23 L-art maħruta tan-nies taʼ ftit mezzi tipproduċi abbundanza taʼ ikel,+ imma hemm min jiġi mkaxkar minħabba nuqqas taʼ ġustizzja.+
24 Min iżomm lura l-ħatar ikun qed jobgħod lil ibnu,+ imma min iħobbu jfittxu bid-dixxiplina.+
25 Il-ġust jiekol sakemm jixbaʼ,+ imma żaqq in-nies mill-agħar se tkun vojta.+