Atti
20 Issa meta kkwitat ir-rewwixta, Pawlu bagħat għad-dixxipli u, wara li inkuraġġiehom u sellmilhom,+ telaq biex imur il-Maċedonja.+ 2 Wara li għadda minn dawk l-inħawi u inkuraġġixxa b’ħafna kliem+ lil dawk t’hemmhekk, wasal il-Greċja, 3 fejn qattaʼ tliet xhur. Kif kien wasal biex isalpa lejn is-Sirja, iddeċieda li jmur lura minn ġol-Maċedonja minħabba li l-Lhud kienu fasslu komplott+ kontrih. 4 Miegħu kien hemm Sopater+ bin Pirru taʼ Berea, Aristarku+ u Sekundu tat-Tessalonikin, u Gaju minn Derbe, u Timotju,+ u Tikiku+ u Trofimu+ mid-distrett taʼ l-Asja. 5 Dawn baqgħu sejrin u kienu qed jistennewna Troas;+ 6 imma aħna tlaqna bil-baħar minn Filippi wara l-jiem tal-festa tal-ħobż bla ħmira,+ u f’ħamest ijiem wasalna ħdejhom Troas;+ u hemmhekk qattajna sebat ijiem.
7 Fl-ewwel jum+ tal-ġimgħa, meta konna miġburin flimkien biex nieklu, Pawlu beda jkellimhom, għax kien se jitlaq l-għada; u tawwal id-diskors tiegħu sa nofsillejl. 8 Għalhekk, kien hemm ħafna msiebaħ fil-kamra taʼ fuq+ fejn konna miġburin flimkien. 9 Wieħed żagħżugħ li kien jismu Ewtiku kien bil-qiegħda f’ħoġor it-tieqa u raqad fil-fond waqt li Pawlu kien għadu jitkellem. Tant raqad fil-fond li waqaʼ għal isfel mit-tielet sular u refgħuh mejjet. 10 Imma Pawlu niżel isfel, intefaʼ fuqu,+ ħaddnu miegħu, u qal: “Tibqgħux tagħmlu storbju, għax ħajtu* qiegħda fih.”+ 11 Imbagħad telaʼ fuq u qasam il-ħobż biex jibda l-ikla u kiel, u wara li dam jitkellem sakemm sebaħ, fl-aħħar telaq. 12 U huma ħadu lit-tifel ħaj u tfarrġu bla qjies.
13 Issa aħna tlaqna qabel lejn il-ġifen u salpajna lejn Assos, fejn kellna ntellgħu lil Pawlu abbord, għax kien tana istruzzjonijiet biex nagħmlu hekk, peress li hu kellu l-ħsieb li jmur bil-mixi. 14 Għalhekk, meta laħaqna f’Assos, tellajnieh abbord u morna Mitilene; 15 u l-għada salpajna minn hemmhekk u wasalna quddiem Kijos, imbagħad il-ġurnata taʼ wara għaddejna Samos, u l-għada wasalna Miletu. 16 Għax Pawlu kien iddeċieda li ma jiqafx Efesu,+ sabiex ma jqattax ħin fid-distrett taʼ l-Asja, peress li kien qed jgħaġġel biex, jekk jistaʼ jkun, jasal Ġerusalemm+ f’jum il-festa taʼ Pentekoste.
17 Madankollu, minn Miletu bagħat għall-anzjani+ tal-kongregazzjoni t’Efesu. 18 Meta waslu ħdejh, qalilhom: “Intom tafu tajjeb kif sa mill-ewwel jum li rfist fid-distrett taʼ l-Asja+ kont magħkom il-ħin kollu,+ 19 nitjassar+ għall-Mulej bl-akbar umiltà+ u bid-dmugħ u bil-provi li ġew fuqi minħabba l-komplotti+ tal-Lhud; 20 waqt li ma żammejtx lura milli ngħidilkom kulma kien taʼ benefiċċju u milli ngħallimkom+ pubblikament u minn dar+ għal dar. 21 U jien tajt xiehda+ bir-reqqa kemm lil-Lhud kif ukoll lill-Griegi dwar l-indiema+ lejn Alla u l-fidi fil-Mulej tagħna Ġesù. 22 Issa, ara! Imġiegħel mill-ispirtu,+ qed nivvjaġġa lejn Ġerusalemm, għalkemm ma nafx x’se jiġrili hemmhekk, 23 ħlief li minn belt għall-oħra l-ispirtu qaddis+ jixhidli ripetutament u jgħidli li rbit u tribulazzjonijiet hemm jistennewni.+ 24 Minkejja dan, ma nqisx lil ruħi bħala xi ħaġa għażiża għalija,+ dment li ntemm il-korsa tiegħi+ u l-ministeru+ li rċivejt+ mingħand il-Mulej Ġesù biex nagħti xiehda bir-reqqa dwar l-aħbar tajba tal-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.+
25 “U issa, ara! Naf li intom ilkoll, li fostkom ġejt nippriedka s-saltna, mhux se taraw lil wiċċi iktar. 26 Għalhekk, illum irridkom tixhdu dwari li jien nadif mid-demm+ tal-bnedmin kollha, 27 għax ma żammejtx lura milli ngħidilkom l-iskop+ kollu t’Alla. 28 Oqogħdu attenti+ għalikom infuskom+ u għall-merħla kollha+ li minnha l-ispirtu qaddis ħatarkom indokraturi+ biex tirgħu l-kongregazzjoni t’Alla,+ li xtara bid-demm+ taʼ Ibnu stess. 29 Jien naf li wara t-tluq tiegħi jidħlu fostkom ilpup ħorox+ li ma jittrattawx lill-merħla b’tenerezza, 30 u minn fostkom stess iqumu rġiel li jitkellmu affarijiet mgħawġin+ biex jiġbdu lid-dixxipli għal warajhom.+
31 “Għalhekk, ibqgħu mqajmin, u żommu f’moħħkom li għal tliet snin sħaħ,+ lejl u nhar, ma waqaftx inwissi+ lil kull wieħed minnkom bid-dmugħ. 32 U issa nerħikom f’idejn Alla+ u l-kelma tal-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu; din il-kelma tistaʼ tibnikom+ u tagħtikom il-wirt fost l-imqaddsin kollha.+ 33 Qatt ma xxennaqt b’għira għall-fidda jew id-deheb jew l-ilbies taʼ xi ħadd.+ 34 Intom stess tafu li dawn l-idejn ħadu ħsieb il-ħtiġijiet tiegħi+ u taʼ dawk li kienu miegħi. 35 F’kollox urejtkom kif, billi titħabtu+ b’dan il-mod, għandkom tgħinu lid-dgħajfin+ u żżommu f’moħħkom il-kliem tal-Mulej Ġesù, li qal hu stess, ‘Hemm iktar hena meta tagħti+ milli meta tirċievi.’”
36 U wara li qal dan, niżel għarkopptejh+ magħhom ilkoll u talab. 37 Imbagħad ilkoll infexxew jibku u għannqu lil+ Pawlu u bisuh+ b’tenerezza, 38 għax l-iktar li nikkithom kien il-kliem li qalilhom, li ma kinux se jaraw lil wiċċu+ iktar. U wassluh+ sal-ġifen.