Titu
1 Pawlu, ilsir+ t’Alla u appostlu+ taʼ Ġesù Kristu skond il-fidi tal-magħżulin+ t’Alla u l-għarfien eżatt+ dwar il-verità+ li hi fi qbil mad-devozzjoni lejn Alla+ 2 bbażata fuq it-tama tal-ħajja taʼ dejjem.+ Alla, li ma jistax jigdeb,+ din wegħedhielna minn żmien twil ilu,+ 3 u fiż-żmien xieraq tiegħu wera kelmtu fl-ippridkar li bih jien kont fdat+ bil-kmand t’Alla, is-Salvatur tagħna.+ 4 Lil Titu, iben ġenwin+ fil-fidi li għandna komuni bejnietna:
Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi mingħand Alla l-Missier+ u Kristu Ġesù s-Salvatur tagħna.+
5 Għal din ir-raġuni ħallejtek fi Kreta,+ biex tkun tistaʼ tikkoreġi l-affarijiet difettużi u tkun tistaʼ taħtar+ anzjani f’belt wara l-oħra, bħalma ordnajtlek.+ 6 Min jinħatar m’għandux ikollu fuqiex jiġi akkużat,+ ikun raġel taʼ mara waħda,+ li għandu tfal jemmnu u m’humiex akkużati li huma sfrattati jew ribellużi.+ 7 Għax indokratur m’għandux ikollu fuqiex jiġi akkużat+ bħala l-prokuratur t’Alla,+ m’għandux ikun taʼ rasu,+ ma jitilgħulux malajr,+ ma jiskirx u jaqlaʼ l-inkwiet,+ ma jsawwatx,+ mhux rgħib għal qligħ diżonest,+ 8 imma għandu juri l-ospitalità,+ iħobb it-tjubija, ikun moħħu f’loku,+ ġust, leali,+ irażżan lilu nnifsu;+ 9 u fil-mod kif jgħallem iżomm sod mal-kelma li tistaʼ tafdaha,+ biex ikun jistaʼ jħeġġeġ bit-tagħlim mimli saħħa+ u jwiddeb+ lil dawk li jikkontradixxu.
10 Għax hemm ħafna li huma ribellużi, ilabalbu fil-vojt,+ u jqarrqu bl-imħuħ, speċjalment dawk li jżommu maċ-ċirkonċiżjoni.+ 11 Lil dawn hemm bżonn li nagħlqulhom ħalqhom, għax qegħdin jaqilbu familji sħaħ+ billi għal qligħ diżonest jgħallmu affarijiet li ma jmisshomx jgħallmu.+ 12 Ċertu wieħed minnhom, profeta tagħhom stess, qal: “Il-Kretin huma dejjem giddibin, bhejjem salvaġġi u perikolużi,+ nies b’kilba għall-ikel u li ma jaħdmux.”
13 Din ix-xiehda hi vera. Għal din l-istess raġuni kompli widdibhom bl-aħrax,+ biex ikunu jistgħu jissaħħu+ fil-fidi, 14 u ma jagħtux kas il-ħrejjef Lhud+ u l-kmandamenti taʼ bnedmin+ li jitbiegħdu mill-verità.+ 15 Kollox nadif għal min hu nadif.+ Imma għal dawk li huma mniġġsin+ u bla fidi+ xejn m’hu nadif, għax kemm l-imħuħ u kemm il-kuxjenzi tagħhom+ huma mniġġsin. 16 Huma jistqarru pubblikament li jafu lil Alla,+ imma jiċħduh b’dak li jagħmlu,+ għaliex huma mistkerrhin u diżubbidjenti u m’huma approvati+ għal ebda xorta t’għemil tajjeb.