LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 50
  • Kif Jistgħu l-Ġenituri u t-Tfal Ikunu Ferħanin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Jistgħu l-Ġenituri u t-Tfal Ikunu Ferħanin?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġenituri—Rabbu lit-tfal iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 50
Lezzjoni 50. Familja jitkellmu flimkien fil-​kampanja.

LEZZJONI 50

Kif Jistgħu l-​Ġenituri u t-​Tfal Ikunu Ferħanin?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

It-​tfal huma rigal mingħand Ġeħova. Hu jistenna li l-​ġenituri jieħdu ħsieb dan ir-​rigal sew. Ġeħova jagħti pariri tajbin li jgħinu lill-​ġenituri. Il-​pariri tiegħu juru wkoll xi jridu jagħmlu t-​tfal biex il-​familja tkun ferħana.

1. Ġeħova x’pariri jagħti lill-​ġenituri?

Ġeħova jrid li l-​ġenituri jħobbu lit-​tfal tagħhom u jqattgħu kemm jistaʼ jkun ħin magħhom. Hu jrid ukoll li l-​ġenituri jipproteġu lit-​tfal tagħhom mill-​periklu u jużaw il-​prinċipji tal-​Bibbja biex jgħallmuhom. (Proverbji 1:8) Hu jgħid lill-​missirijiet biex jibqgħu jrabbu lit-​tfal tagħhom skont dak li jgħallimhom Ġeħova. (Aqra Efesin 6:4.) Ġeħova jieħu pjaċir meta l-​ġenituri jobdu l-​pariri tiegħu biex irabbu t-​tfal tagħhom. Hu jieħu pjaċir ukoll meta ma jagħtux din ir-​responsabbiltà lil ħaddieħor.

2. Ġeħova x’pariri jagħti lit-​tfal?

Ġeħova jgħid lit-​tfal: “Obdu lill-​ġenituri.” (Aqra Kolossin 3:​20.) Meta t-​tfal jirrispettaw u jobdu lill-​ġenituri tagħhom, ikunu qed iferrħu lill-​ġenituri u lil Ġeħova. (Proverbji 23:​22-​25) Meta Ġesù kien għadu tifel, ħallielna eżempju tajjeb. Għalkemm Ġesù kien perfett, hu xorta obda u rrispetta l-​ġenituri tiegħu.​—Luqa 2:​51, 52.

3. Kif tistgħu tkunu iktar qrib taʼ Ġeħova bħala familja?

Jekk għandek it-​tfal, żgur li tixtieqhom iħobbu lil Ġeħova daqskemm tħobbu int. Kif tistaʼ tagħmel dan? Il-​Bibbja tgħid biex kliem Ġeħova ‘ddaħħlu sew f’qalb ibnek u titkellem dwaru meta toqgħod bil-​qiegħda f’darek u meta timxi fit-​triq.’ (Dewteronomju 6:7) Dan ifisser li trid tirrepeti biex tgħallem lit-​tfal tiegħek. Fil-​fatt, int taf li biex it-​tfal jiftakru xi ħaġa trid tirrepetilhom kemm-​il darba. Dan il-​vers ifisser li għandek taħtaf kull ċans biex titkellem mat-​tfal tiegħek dwar Ġeħova. Ikun tajjeb li l-​familja kollha twarrab xi ħin kull ġimgħa biex tistudja l-​Bibbja flimkien. Jekk m’għandekx tfal, xorta jkun tajjeb li twarrab ftit ħin kull ġimgħa biex tistudja l-​Kelma t’Alla.

TGĦALLEM IŻJED

Ara pariri tajbin li se jgħinu biex il-​familja kollha tkun protetta u ferħana.

4. Għallem it-​tfal bi mħabba

Jistaʼ jkun diffiċli li tgħallem it-​tfal. Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħinek? Aqra Ġakbu 1:​19, 20, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​ġenituri kif jistgħu juru li jħobbu lit-​tfal tagħhom meta jitkellmu magħhom?

  • Ġenitur għala qatt m’għandu jiddixxiplina lit-​tfal tiegħu meta jkun irrabjat?a

Missier qiegħed għarkupptejh jitkellem mat-​tifel tiegħu li għandu ballun f’idejh. Hemm pjanta mkissra fl-​art.

5. Ipproteġi t-​tfal tiegħek

Biex tipproteġi t-​tfal tiegħek, huwa importanti ħafna li titkellem mat-​tfal dwar is-​sess. Dan jaf ikun ftit skomdu għalik. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

VIDJOW: Ipproteġi t-​Tfal Tiegħek (2:​58)

  • Xi ġenituri għala jsibuha diffiċli biex jitkellmu mat-​tfal dwar is-​sess?

  • Xi ġenituri kif tkellmu mat-​tfal tagħhom dwar is-​sess?

Bħalma tgħid il-​Bibbja, id-​dinja taʼ Satana dejjem qed tmur għall-​agħar. Aqra t-​2 Timotju 3:​1, 13, u mbagħad iddiskuti:

  • Ħafna min-​nies ħżiena li jissemmew f’vers 13 jabbużaw b’mod sesswali lit-​tfal. Allura, għala hu importanti li l-​ġenituri jgħallmu lit-​tfal tagħhom dwar is-​sess u kif jipproteġu lilhom infushom minn dawn in-​nies?

Kont taf?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom pubblikazzjonijiet li jgħinu l-​ġenituri (1) biex jgħallmu lit-​tfal tagħhom dwar is-​sess u (2) kif jipproteġuhom minn dawk li jipprovaw jabbużawhom. Pereżempju ara:

  • Ipproteġi lit-​tfal tiegħek (vidjow)

  • Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir, kapitli 10 u 32

  • “Għallem lil uliedek dwar is-​sess” (Stenbaħ! Nru. 5 2016)

6. Irrispetta lill-​ġenituri tiegħek

It-​tfal u ż-​żgħażagħ juru li jirrispettaw lill-​ġenituri tagħhom bil-​mod kif jitkellmu magħhom. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

VIDJOW: Kif nistaʼ nitkellem mal-​ġenituri tiegħi? (2:​19)

  • Għala jkun tajjeb li t-​tfal jew iż-​żgħażagħ jitkellmu b’rispett mal-​ġenituri tagħhom?

  • It-​tfal jew iż-​żgħażagħ kif għandhom jitkellmu mal-​ġenituri?

Aqra Proverbji 1:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • It-​tfal jew iż-​żgħażagħ xi jridu jagħmlu meta l-​ġenituri jgħidulhom x’għandhom jagħmlu?

7. Studjaw il-​Bibbja bħala familja

Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, il-​familji jużaw ftit mill-​ħin tagħhom kull ġimgħa biex jistudjaw il-​Bibbja flimkien. Kif isir dan l-​istudju? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

VIDJOW: Il-​Qima Bħala Familja​—L-​Isfidi u l-​Barkiet (8:​04)

  • Familja kif tistaʼ tagħmel il-​Qima Bħala Familja b’mod regolari?

  • Il-​ġenituri x’jistgħu jagħmlu biex il-​familja kollha tieħu pjaċir titgħallem mill-​Bibbja? ​—Ara l-​ewwel stampa taʼ din il-​lezzjoni.

  • X’jistaʼ jagħmilha diffiċli biex il-​familja tistudja flimkien?

Fi żmien l-​Iżraelin, Ġeħova ried li l-​familji jitkellmu dwar il-​Bibbja b’mod regolari. Aqra Dewteronomju 6:​6, 7, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tistaʼ tuża dan il-​prinċipju mal-​familja tiegħek?

Ideat biex tistudjaw il-​Bibbja bħala familja:

  • Ippreparaw għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni flimkien.

  • Aqraw u ddiskutu storja mill-​Bibbja li l-​familja se tieħu pjaċir biha.

  • Jekk għandek tfal żgħar, iddawnlowdja jew ipprintja attività għat-​tfal minn jw.org.

  • Jekk it-​tfal tiegħek huma teenagers, iddiskutu artiklu għaż-​żgħażagħ minn jw.org.

  • Irreċtaw storja mill-​Bibbja.

  • Araw u ddiskutu vidjow minn jw.org.

ĦAFNA JGĦIDU: “M’għandix ċans ngħallem il-​Bibbja lit-​tfal u hi tqila wisq għalihom.”

  • Kieku int x’tgħid?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova jrid li (1) il-​ġenituri jħobbu, jgħallmu, u jipproteġu lit-​tfal tagħhom, (2) it-​tfal jirrispettaw u jobdu lill-​ġenituri tagħhom, u (3) il-​familja tistudja l-​Bibbja flimkien.

X’Tgħallimt

  • Il-​ġenituri kif jistgħu jgħallmu u jipproteġu lit-​tfal tagħhom?

  • It-​tfal kif jistgħu jirrispettaw lill-​ġenituri tagħhom?

  • Għala jkun tajjeb li l-​familja tuża ftit ħin kull ġimgħa biex tistudja l-​Bibbja flimkien?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

X’se jgħin lit-​tfal tiegħek meta jikbru?

“Sitt lezzjonijiet li t-​tfal għandhom bżonn jitgħallmu” (Stenbaħ! Nru. 2 2019)

Ara x’pariri tagħti l-​Bibbja lil dawk li jieħdu ħsieb lill-​ġenituri tagħhom.

“Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar li Tieħu Ħsieb il-​Ġenituri Meta Jikbru?” (Artiklu fuq jw.org)

Ara kif raġel li ma kienx jaf irabbi lit-​tfal sar missier tajjeb.

Ġeħova għallimna kif inrabbu l-​familja (5:​58)

Ara kif il-​missirijiet jistgħu jkunu iżjed close mat-​tfal tagħhom.

“Il-​Missirijiet Kif Jistgħu Jibqgħu Qrib Uliedhom Subien?” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Jannar 2012)

a Fil-​Bibbja, “dixxiplina” tfisser li tgħallem lit-​tfal u tikkoreġihom biex jirraġunaw tajjeb jew biex jagħmlu dak li hu tajjeb. Dan qatt ma jfisser li tweġġagħhom jew tkun kattiv magħhom.​—Proverbji 4:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja