Rumani
13 Ħa tkun kull ruħ sottomessa+ lejn l-awtoritajiet superjuri,+ għax m’hemm l-ebda awtorità+ jekk mhux minn Alla;+ l-awtoritajiet li jeżistu tqiegħdu fil-pożizzjonijiet relattivi tagħhom+ minn Alla.+ 2 Għalhekk, min jopponi l-awtorità jkun qed jiħodha kontra l-arranġament t’Alla; dawk li jiħduha kontrih jirċievu l-ġudizzju fuqhom infushom.+ 3 Għax dawk li qed jaħkmu huma taʼ biżaʼ għall-għemil ħażin,+ mhux għat-tajjeb. Mela, trid ma tibżax mill-awtorità? Ibqaʼ agħmel it-tajjeb,+ u tiġi mfaħħar minnha; 4 għax hi l-ministru t’Alla għalik, għall-ġid tiegħek.+ Imma jekk qed tagħmel il-ħażin,+ ibżaʼ: għax m’huwiex għalxejn li din iġġorr is-sejf; għax hi l-ministru t’Alla li titħallas+ billi tesprimi l-korla lejn min jipprattika l-ħażin.
5 Għalhekk, intom obbligati li tkunu sottomessi, mhux biss minħabba din il-korla imma wkoll minħabba l-kuxjenza tagħkom.+ 6 Għax huwa għalhekk ukoll li intom qed tħallsu t-taxxi; għax l-awtoritajiet huma l-qaddejja pubbliċi+ t’Alla li jaqdu l-ħin kollu dan l-istess skop. 7 Agħtu lil kulħadd dak li għandu jieħu, lil min jitlob it-taxxa, it-taxxa;+ lil min jitlob id-dazju, id-dazju; lil min jirrikjedi l-biżaʼ, il-biżaʼ;+ lil min jirrikjedi l-unur, l-unur.+
8 Ħa ma jkollkom tagħtu xejn+ lil ħadd, ħlief li tħobbu lil xulxin;+ għax min iħobb lill-proxxmu tiegħu jwettaq il-liġi.+ 9 Għax il-kodiċi tal-liġi, “Tagħmilx adulterju,+ Toqtolx,+ Tisraqx,+ Tixxennaqx b’għira,”+ u kwalunkwe kmandament ieħor, tinġabar f’dan il-kliem, jiġifieri, “Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”+ 10 L-imħabba+ ma tagħmilx ħsara lill-proxxmu;+ għalhekk, l-imħabba hi t-twettiq tal-liġi.+
11 Ukoll, dan agħmluh għax tafu f’liema żmien stabbilit qegħdin, li diġà waslet is-siegħa biex tistenbħu+ mill-irqad, għax issa s-salvazzjoni tagħna hi eqreb minn meta sirna nemmnu.+ 12 Il-lejl daħal sewwa u l-jum+ qorob. Għaldaqstant, ħa ninżgħu l-għemejjel tad-dlam+ u nilbsu l-armi+ tad-dawl. 13 Ħa nimxu b’mod deċenti+ bħallikieku bi nhar, mhux f’xalar u sokor,+ mhux f’sess projbit u kondotta laxka,+ mhux fi ġlied+ u għira. 14 Imma ilbsu l-Mulej Ġesù Kristu,+ u tippjanawx bil-quddiem għax-xewqat tal-laħam.+