1 Ġwanni
2 Uliedi ċkejknin, qed niktbilkom dan biex ma tidinbux.+ Iżda jekk xi ħadd jidneb, għandna ajjutant+ mal-Missier, lil Ġesù Kristu, li hu ġust.+ 2 Hu wkoll sagrifiċċju+ propizjatorju*+ għal dnubietna,+ iżda mhux għal dnubietna+ biss imma wkoll għad-dnubiet tad-dinja kollha.+ 3 U b’dan għandna l-għarfien li sirna nafuh, jiġifieri, jekk inkomplu nosservaw il-kmandamenti tiegħu.+ 4 Min jgħid: “Sirt nafu,”+ iżda mhux qed josserva l-kmandamenti tiegħu,+ hu giddieb, u l-verità mhix fih.+ 5 Imma kulmin josserva kelmtu,+ tassew li l-imħabba t’Alla ntgħamlet perfetta f’dan il-bniedem.+ B’dan għandna l-għarfien li aħna f’unjoni miegħu.+ 6 Min jgħid li għadu f’unjoni+ miegħu għandu l-obbligu li hu wkoll jibqaʼ miexi bħalma mexa hu.+
7 Maħbubin, m’iniex qed niktbilkom kmandament ġdid, imma kmandament qadim+ li ngħatajtu sa mill-bidu.+ Dan il-kmandament qadim hu l-kelma li smajtu. 8 Iżda qed niktbilkom kmandament ġdid, kmandament li hu veru kemm fil-każ taʼ Ġesù u kemm fil-każ tagħkom, għax id-dlam+ qed jgħib u d-dawl veru+ diġà qed jiddi.
9 Min jgħid li qiegħed fid-dawl iżda jobgħod+ lil ħuh għadu fid-dlam s’issa.+ 10 Min iħobb lil ħuh jibqaʼ fid-dawl,+ u fil-każ tiegħu m’hemm ebda raġuni għal tfixkil.+ 11 Imma min jobgħod lil ħuh qiegħed fid-dlam u miexi fid-dlam,+ u ma jafx fejn sejjer,+ għax id-dlam għamielu għajnejh.
12 Ulied żgħar, qed niktbilkom għax dnubietkom inħafrulkom minħabba ismu.+ 13 Missirijiet, qed niktbilkom għax sirtu tafuh lil dak li hu mill-bidu.+ Żgħażagħ,+ qed niktbilkom għax intom irbaħtu lill-Ħażin.+ Ulied żgħar,+ niktbilkom għax sirtu tafu lill-Missier.+ 14 Missirijiet,+ niktbilkom għax sirtu tafuh lil dak li hu mill-bidu.+ Żgħażagħ, niktbilkom għax intom b’saħħitkom+ u l-kelma t’Alla tibqaʼ fikom,+ u intom irbaħtu lill-Ħażin.+
15 Tħobbux id-dinja u lanqas dak li hemm fid-dinja.+ Jekk xi ħadd iħobb id-dinja, l-imħabba tal-Missier mhix fih;+ 16 għax kulma hemm fid-dinja+—ix-xewqa tal-laħam+ u x-xewqa taʼ l-għajnejn+ u l-iffanfrar bil-mezzi tal-ħajja+—ma joriġinax mill-Missier, imma mid-dinja.+ 17 Iktar minn hekk, id-dinja tgħaddi u x-xewqa tagħha wkoll,+ imma min jagħmel ir-rieda+ t’Alla jibqaʼ għal dejjem.+
18 Ulied żgħar, din hi l-aħħar siegħa,+ u, bħalma smajtu li ġej l-antikrist,+ saħansitra issa hawn ħafna antikristijiet;+ u minn dan il-fatt sirna nafu li hi l-aħħar siegħa. 19 Huma ħarġu minn fostna, imma ma kinux it-tip tagħna;+ għax kieku kienu t-tip tagħna, kienu jibqgħu magħna.+ Imma huma ħarġu biex jintwera li mhux ilkoll huma t-tip tagħna.+ 20 U intom ġejtu midlukin mill-qaddis;+ intom ilkoll għandkom l-għarfien.+ 21 Ma niktbilkomx għax ma tafux il-verità,+ imma għax tafuha,+ u għax ebda gidba ma toriġina mill-verità.+
22 Min hu l-giddieb jekk mhux dak li jiċħad li Ġesù hu l-Kristu?*+ Dan hu l-antikrist,+ dak li jiċħad lill-Missier u lill-Iben.+ 23 Kulmin jiċħad lill-Iben lanqas lill-Missier m’għandu.+ Min jistqarr+ lill-Iben għandu lill-Missier ukoll.+ 24 Iżda intom ħa jibqaʼ fikom dak li smajtu sa mill-bidu.+ Jekk dak li smajtu sa mill-bidu jibqaʼ fikom, intom ukoll tibqgħu f’unjoni+ maʼ l-Iben u f’unjoni mal-Missier.+ 25 Iktar minn hekk, din hi l-ħaġa li wegħedna hu stess, il-ħajja taʼ dejjem.+
26 Dan qed niktbilkom dwar dawk li qed jipprovaw iqarrqu bikom.+ 27 Iżda intom, id-dlik+ li rċivejtu mingħandu jibqaʼ fikom, u m’għandkomx bżonn min jgħallimkom;+ imma, bħalma d-dlik mingħandu qed jgħallimkom dwar kollox,+ u hu veru+ u mhux gidba, u bħalma għallimkom, ibqgħu f’unjoni+ miegħu. 28 Għalhekk issa, ulied ċkejknin,+ ibqgħu f’unjoni+ miegħu, sabiex meta jintwera+ jkollna l-libertà tal-kelma+ u ma nitbegħdux minnu bil-mistħija fil-preżenza tiegħu.+ 29 Jekk tafu li hu ġust,+ issiru tafu li kulmin jipprattika l-ġustizzja twieled minnu.+