Ġwanni
17 Wara dan il-kliem, Ġesù refaʼ għajnejh lejn is-sema+ u qal: “Missier, waslet is-siegħa; igglorifika lil ibnek, biex ibnek jigglorifika lilek,+ 2 skond l-awtorità li tajtu fuq il-bnedmin kollha,+ biex jagħti l-ħajja taʼ dejjem+ lill-għadd sħiħ taʼ dawk li tajtu.+ 3 Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan:+ li jieħdu* għarfien+ dwarek, l-uniku Alla veru,+ u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.+ 4 Jien igglorifikajtek+ fuq l-art, billi temmejt ix-xogħol li tajtni nagħmel.+ 5 Mela issa, Missier, igglorifikani maġenbek bil-glorja li kelli ħdejk qabel ma kienet teżisti d-dinja.+
6 “Urejt ismek lill-bnedmin li tajtni mid-dinja.+ Kienu tiegħek u int tajthomli, u huma osservaw kelmtek. 7 Issa saru jafu li kulma tajtni hu mingħandek; 8 għax il-kliem li tajtni jien tajthulhom,+ u huma laqgħuh u żgur saru jafu li ħriġt bħala r-rappreżentant tiegħek,+ u emmnu li int bgħattni.+ 9 Għalihom nitlob; ma nitlobx għad-dinja,+ imma għal dawk li tajtni; għax huma tiegħek, 10 u kulma għandi hu tiegħek, u tiegħek tiegħi,+ u jien ġejt glorifikat fosthom.
11 “Ukoll, jien m’għadnix fid-dinja, imma huma qegħdin fid-dinja+ u jien ġej għandek. Missier Qaddis, ħarishom+ minħabba ismek stess li tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna.+ 12 Meta kont magħhom, kont inħarishom+ minħabba ismek stess li tajtni; u żammejthom, u lanqas wieħed minnhom ma nqered+ ħlief bin il-qerda,+ sabiex titwettaq l-iskrittura.+ 13 Imma issa jien ġej għandek, u qed ngħid dan sakemm għadni fid-dinja sabiex ikollhom fihom infushom il-ferħ sħiħ tiegħi.+ 14 Tajthom kelmtek, imma d-dinja bagħdithom,+ għax m’humiex parti mid-dinja, bħalma jien m’iniex parti mid-dinja.+
15 “Ma nitolbokx biex toħroġhom mid-dinja, imma biex tħarishom minħabba l-Ħażin.+ 16 M’humiex parti mid-dinja,+ bħalma jien m’iniex parti mid-dinja.+ 17 Qaddishom+ permezz tal-verità; kelmtek+ hi l-verità.+ 18 Bħalma int bgħattni fid-dinja, jien ukoll bgħatthom fid-dinja.+ 19 U qed inqaddes lili nnifsi għan-nom tagħhom, sabiex huma wkoll jitqaddsu+ permezz tal-verità.
20 “Ma nitlobx għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li jpoġġu l-fidi fija permezz taʼ kelmithom;+ 21 ħalli jkunu lkoll ħaġa waħda,+ sabiex bħalma int, Missier, f’unjoni miegħi u jien f’unjoni miegħek,+ huma wkoll ikunu f’unjoni magħna,+ biex hekk id-dinja temmen li int bgħattni.+ 22 Ukoll, jien tajthom il-glorja li tajtni, sabiex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda.+ 23 Jien f’unjoni magħhom u int f’unjoni miegħi, sabiex jiġu perfezzjonati bħala ħaġa waħda,+ u b’hekk id-dinja jkollha l-għarfien li int bgħattni u li ħabbejthom bħalma ħabbejt lili. 24 Missier, nixtieq li dawk li tajtni jkunu wkoll miegħi fejn inkun jien,+ sabiex jaraw il-glorja tiegħi li tajtni int, għax ħabbejtni qabel it-tisjis+ tad-dinja.+ 25 Missier ġust,+ tabilħaqq, id-dinja ma saritx taf min int;+ imma jien sirt nafek, u dawn saru jafu li int bgħattni.+ 26 U għarrafthom+ ismek u nibqaʼ ngħarrfu, sabiex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jien inkun f’unjoni magħhom.”+