Efesin
4 Għalhekk jien, il-priġunier+ fil-Mulej, nitlobkom bil-ħrara biex timxu kif jixraq+ lis-sejħa li biha kontu msejħin,+ 2 b’umiltà sħiħa+ u ħlewwa, b’sabar fit-tul,+ waqt li tissaportu lil xulxin bl-imħabba,+ 3 u tagħmlu ħilitkom biex bil-ħeġġa kollha tħarsu l-unità taʼ l-ispirtu fir-rabta li tgħaqqad tal-paċi.+ 4 Hemm ġisem wieħed+ u spirtu wieħed,+ saħansitra bħalma hemm tama waħda+ li għaliha kontu msejħin; 5 Mulej wieħed,+ fidi waħda,+ magħmudija waħda;+ 6 Alla wieħed+ u Missier kulħadd, li hu fuq kulħadd u b’kulħadd u f’kulħadd.
7 Issa kull wieħed minna ntwera qalb tajba mhix mistħoqqa+ skond il-qjies taʼ l-għotja b’xejn li tah il-Kristu.+ 8 Għaldaqstant jgħid: “Meta telaʼ fl-għoli ħa miegħu lill-imjassrin; ta rġiel bħala għotjiet.”+ 9 Issa xi tfisser l-espressjoni “telaʼ”?+ Tfisser li niżel ukoll fir-reġjuni t’isfel, jiġifieri, l-art.+ 10 Dak li niżel hu wkoll l-istess wieħed li telaʼ+ ħafna iżjed ’il fuq mis-smewwiet kollha,+ sabiex jagħti milja+ lil kollox.
11 U ta xi wħud bħala appostli,+ xi wħud bħala profeti,+ xi wħud bħala evanġelizzaturi,+ xi wħud bħala rgħajja u għalliema,+ 12 bil-ħsieb li jerġgħu jiġu aġġustati+ l-qaddisin, għal xogħol ministerjali, biex jinbena l-ġisem tal-Kristu,+ 13 sakemm ilkoll naslu għall-unità fil-fidi u fl-għarfien eżatt dwar l-Iben t’Alla, għal-livell taʼ raġel li kiber għalkollox,+ għall-qjies taʼ statura li jiġi mill-milja tal-Kristu;+ 14 sabiex ma nibqgħux iktar tfal ċkejknin, mitfugħin ’l hemm u ’l hawn+ qisu mill-mewġ u mtajrin minn kull riħ taʼ tagħlim+ bl-ingann+ tan-nies li bil-makakkerija jinsġu l-qerq. 15 Imma billi ngħidu l-verità,+ ħa nikbru bl-imħabba+ f’kollox fi Kristu, li hu l-kap.+ 16 Minnu l-ġisem kollu,+ li hu magħqud flimkien b’mod armonjuż u magħmul biex jikkoopera permezz taʼ kull ġog li jagħti dak li hu meħtieġ, skond ix-xogħol taʼ kull membru rispettiv bi qjies xieraq, jaħdem għat-tkabbir tal-ġisem biex jibni lilu nnifsu fl-imħabba.+
17 Għalhekk, dan ngħid u nixhed dwaru fil-Mulej, li ma tibqgħux timxu iktar kif jimxu l-ġnus+ fil-frugħa taʼ moħħhom,+ 18 li qegħdin fi dlam mentali+ u mbegħdin+ mill-ħajja li ġejja minn Alla, minħabba l-injoranza+ li tinsab fihom u minħabba l-ebusija+ taʼ qlubhom. 19 Billi tilfu kull sens morali,+ ngħataw għall-kondotta laxka+ biex b’regħba+ jagħmlu kull xorta taʼ nuqqas taʼ ndafa.+
20 Imma intom mhux hekk tgħallimtu li hu l-Kristu,+ 21 jekk tassew smajtuh u ġejtu mgħallmin minnu,+ skond il-verità+ li hi f’Ġesù, 22 jiġifieri, li għandkom tinżgħu l-personalità l-qadima+ li taqbel maʼ kif kontu ġġibu ruħkom qabel u li qed titħassar+ bix-xewqat qarriqin tagħha;+ 23 u tiġġeddu fil-forza li qed tqanqal lil moħħkom,+ 24 u tilbsu+ l-personalità l-ġdida+ li nħolqot+ skond ir-rieda t’Alla fil-ġustizzja+ u l-lealtà vera.
25 Għaldaqstant, issa li warrabtu l-gideb,+ għidu l-verità, kull wieħed minnkom lill-proxxmu tiegħu,+ għax aħna membri taʼ xulxin.+ 26 Jekk tinkorlaw, tidinbux;+ tħallux ix-xemx tinżel waqt li tkunu għadkom inkorlati,+ 27 u tagħtux wisaʼ lix-Xitan.+ 28 Min kien jisraq ħa ma jisraqx iktar,+ imma minflok ħa jaħdem iebes u jagħmel b’idejh xogħol tajjeb,+ biex ikollu xi ħaġa x’jagħti lil min hu fil-bżonn.+ 29 Ħa ma toħroġ minn fommkom ebda kelma mħassra,+ imma għidu dak li hu tajjeb biex jibni fejn ikun hemm bżonn, sabiex jagħmel il-ġid lil min jisimgħu.+ 30 Ukoll, tnikktux l-ispirtu qaddis t’Alla,+ li bis-siġill tiegħu ġejtu mmarkati+ għal jum il-ħelsien bil-fidwa.+
31 Ħa jitwarrab minnkom kull imrar malizzjuż+ u rabja u korla u twerżiq u tgħajjir+ flimkien maʼ kull ħażen.+ 32 Imma kunu qalbkom tajba+ maʼ xulxin, agħdru b’tenerezza,+ u aħfru lil xulxin mill-qalb bħalma Alla wkoll ħafrilkom mill-qalb bi Kristu.+