Kolossin
1 Pawlu, appostlu taʼ Kristu Ġesù bir-rieda t’Alla,+ u Timotju,+ ħuna, 2 lill-qaddisin u aħwa leali f’unjoni+ maʼ Kristu f’Kolossi:
Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna.+
3 Aħna dejjem irroddu ħajr+ lil Alla, Missier il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, meta nitolbu għalikom,+ 4 għax smajna bil-fidi tagħkom fi Kristu Ġesù u l-imħabba li għandkom għall-qaddisin kollha+ 5 minħabba t-tama+ li hi merfugħa għalikom fis-smewwiet.+ Din it-tama smajtu biha qabel meta qalulkom il-verità taʼ l-aħbar tajba+ 6 li ġiet preżentata lilkom. Din issa qed tagħmel il-frott+ u toktor+ fid-dinja kollha,+ bħalma qed tagħmel ukoll fostkom, minn dakinhar li smajtu u għaraftu eżatt x’inhi tassew+ il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla. 7 Dan tgħallimtuh mingħand Epafra,+ il-maħbub ilsir seħibna, li hu ministru leali tal-Kristu għan-nom tagħna, 8 u li wriena wkoll l-imħabba+ spiritwali tagħkom.
9 Huwa għalhekk ukoll li, minn dakinhar li smajna dwar dan, ma waqafniex nitolbu għalikom+ biex timtlew bl-għarfien eżatt+ dwar ir-rieda tiegħu bl-għerf kollu+ u bl-abbiltà mogħtija mill-ispirtu t’Alla biex tifhmu b’mod sħiħ.+ 10 B’hekk tkunu tistgħu timxu kif jixraq+ lil Ġeħova+ bl-għan li togħġbuh għalkollox hekk kif tkomplu tagħtu l-frott f’kull għemil tajjeb+ u toktru fl-għarfien eżatt+ dwar Alla, 11 u ssiru setgħanin bil-qawwa kollha li tiġi mis-setgħa glorjuża tiegħu+ sabiex tissaportu+ bis-sħiħ u tibqgħu tistabru bil-ferħ. 12 Għalhekk, irroddu ħajr lill-Missier li għamilkom xierqa biex tieħdu sehem fil-wirt+ tal-qaddisin+ li huma fid-dawl.+
13 Hu ħelisna mill-awtorità+ tad-dlam u daħħalna+ fis-saltna+ taʼ l-Iben taʼ mħabbtu,+ 14 li permezz tiegħu għandna l-ħelsien tagħna bil-fidwa, il-maħfra taʼ dnubietna.+ 15 Hu x-xbieha+ t’Alla li ma jidhirx,+ l-ewwel imwieled+ mill-ħolqien kollu; 16 għax permezz tiegħu+ nħolqu l-affarijiet l-oħrajn kollha fis-smewwiet u fuq l-art, dawk viżibbli u dawk inviżibbli, sew jekk huma tronijiet, ħakmiet, gvernijiet, jew awtoritajiet.+ L-affarijiet l-oħrajn kollha nħolqu permezz tiegħu+ u għalih. 17 Ukoll, hu kien qabel l-affarijiet l-oħrajn kollha+ u permezz tiegħu dawn kollha saru jeżistu.+ 18 Hu r-ras tal-ġisem, il-kongregazzjoni.+ Hu l-bidu, l-ewwel imwieled mill-imwiet,+ sabiex isir l-ewwel+ wieħed f’kollox; 19 għax Alla raha ħaġa tajba li tgħammar fih il-milja+ taʼ kollox, 20 u li permezz tiegħu Alla jerġaʼ jħabbeb+ l-affarijiet l-oħrajn kollha+ Miegħu billi jagħmel paċi+ magħhom permezz tad-demm+ li xerred fuq iz-zokk tat-tortura,+ kemm l-affarijiet fuq l-art u kemm l-affarijiet fis-smewwiet.
21 Tabilħaqq, lilkom li darba kontu mbegħdin+ u għedewwa għax moħħkom kien fuq għemejjel mill-agħar,+ 22 issa jerġaʼ jħabbibkom+ bil-ġisem fiżiku taʼ dak il-wieħed permezz taʼ mewtu.+ B’hekk, jistaʼ jippreżentakom imqaddsin u bla difett+ u bla akkuża+ quddiemu, 23 naturalment, dment li tkomplu fil-fidi,+ stabbiliti fuq il-pedament+ u sodi+ u ma twarrbux mit-tama taʼ dik l-aħbar tajba li smajtu.+ Din l-aħbar tajba kienet pridkata+ fil-ħolqien kollu+ li hu taħt is-sema, u tagħha, jien, Pawlu, sirt ministru.+
24 Jien issa qed nifraħ fis-sofferenzi tiegħi għalikom,+ u jien, mill-banda l-oħra, qed intemm f’ġismi dak li jonqos mit-tribulazzjonijiet+ tal-Kristu għan-nom taʼ ġismu, li hi l-kongregazzjoni.+ 25 Jien sirt ministru+ taʼ din il-kongregazzjoni fi qbil mal-prokura+ mingħand Alla li ngħatatli fl-interess tagħkom biex nippriedka l-kelma t’Alla bis-sħiħ, 26 is-sigriet sagru+ li kien moħbi għas-sistemi+ u l-ġenerazzjonijiet li għaddew. Imma issa ntwera+ lill-qaddisin tiegħu, 27 li lilhom Alla għoġbu jgħarrfilhom x’inhuma r-rikkezzi glorjużi+ taʼ dan is-sigriet sagru+ fost il-ġnus. Dan hu Kristu+ f’unjoni magħkom, it-tama li tieħdu sehem fil-glorja tiegħu.+ 28 Lil dan aħna qegħdin inxandru,+ waqt li nwissu u ngħallmu lil kull bniedem fl-għerf kollu,+ sabiex nippreżentaw lil kull bniedem komplut+ f’unjoni maʼ Kristu. 29 Għal dan l-għan jien tassew qed naħdem iebes, u nistinka+ permezz tal-qawwa tiegħu+ li qed taħdem fija.+