1 Ġwanni
4 Maħbubin, temmnux kull espressjoni mnebbħa,+ imma għarblu l-espressjonijiet imnebbħin biex taraw jekk joriġinawx minn Alla,+ għax dehru ħafna profeti foloz fid-dinja.+
2 Minn dan issiru tafu liema hi l-espressjoni mnebbħa minn Alla:+ Kull espressjoni mnebbħa li tistqarr li Ġesù Kristu ġie bħala bniedem toriġina minn Alla,+ 3 imma kull espressjoni mnebbħa li ma tistqarrx lil Ġesù ma toriġinax minn Alla.+ Iktar minn hekk, din hi l-espressjoni mnebbħa taʼ l-antikrist, li intom smajtu li kienet ġejja+ u li issa diġà qiegħda fid-dinja.+
4 Ulied ċkejknin, intom toriġinaw minn Alla u rbaħtu lil dawn in-nies,+ għax dak li hu f’unjoni+ magħkom hu akbar+ minn dak li hu f’unjoni mad-dinja.+ 5 Huma joriġinaw mid-dinja;+ huwa għalhekk li jitkellmu dak li ġej mid-dinja u d-dinja tismagħhom.+ 6 Aħna noriġinaw minn Alla.+ Min isir jaf dwar Alla jismagħna;+ min ma joriġinax minn Alla ma jismagħniex.+ B’dan il-mod nagħrfu l-espressjoni mnebbħa tal-verità u l-espressjoni mnebbħa taʼ l-iżball.+
7 Maħbubin, ħa nkomplu nħobbu lil xulxin,+ għax l-imħabba+ hi minn Alla, u kulmin iħobb twieled minn Alla+ u jsir jaf dwar Alla.+ 8 Min ma jħobbx ma sarx jaf lil Alla, għax Alla hu mħabba.+ 9 B’dan intweriet l-imħabba t’Alla għalina,+ għax Alla bagħat lill-Iben uniġenitu tiegħu+ fid-dinja biex niksbu l-ħajja permezz tiegħu.+ 10 L-imħabba qiegħda f’dan: li mhux aħna ħabbejna lil Alla, imma hu ħabbna u bagħat lil Ibnu bħala sagrifiċċju+ propizjatorju*+ għal dnubietna.+
11 Maħbubin, jekk Alla ħabbna b’dan il-mod, mela aħna għandna l-obbligu li nħobbu lil xulxin.+ 12 Qatt ħadd ma ra lil Alla.+ Jekk inkomplu nħobbu lil xulxin, Alla jibqaʼ fina u mħabbtu tintgħamel perfetta fina.+ 13 B’dan insiru nafu li se nibqgħu f’unjoni+ miegħu u hu se jibqaʼ f’unjoni magħna,+ għax tana l-ispirtu tiegħu.+ 14 Iżjed minn hekk, aħna stess rajna+ u qed nixhdu+ li l-Missier bagħat lil Ibnu bħala s-Salvatur tad-dinja.+ 15 Kulmin jistqarr li Ġesù Kristu hu l-Iben t’Alla,+ Alla jibqaʼ f’unjoni maʼ bniedem bħal dan u hu jibqaʼ f’unjoni m’Alla.+ 16 U aħna stess sirna nafu u emminna l-imħabba+ li Alla għandu għalina.
Alla hu mħabba,+ u min jibqaʼ juri l-imħabba+ jibqaʼ f’unjoni m’Alla u Alla jibqaʼ f’unjoni+ miegħu. 17 B’dan il-mod l-imħabba ntgħamlet perfetta fina, sabiex ikollna l-libertà tal-kelma+ f’jum il-ġudizzju,+ għax, bħalma huwa hu, aħna wkoll hekk aħna f’din id-dinja.+ 18 M’hemm ebda biżaʼ fl-imħabba,+ imma l-imħabba perfetta tkeċċi l-biżaʼ ’l barra,+ għax il-biżaʼ jaħkem u jgħakkes lil dak li jkun. Tabilħaqq, min hu maħkum mill-biżaʼ ma ntgħamilx perfett fl-imħabba.+ 19 Ngħidu għalina, aħna nħobbu, għax hu ħabbna l-ewwel.+
20 Jekk xi ħadd jgħid: “Inħobb lil Alla,” iżda jobgħod lil ħuh, hu giddieb.+ Għax min ma jħobbx lil ħuh,+ li jarah, ma jistax ikun li jħobb lil Alla, li ma jarahx.+ 21 U għandna dan il-kmandament mingħandu,+ li min iħobb lil Alla għandu jħobb lil ħuh ukoll.+