Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa Punti minn Ġob ĠOB PUNTI MILL-KTIEB 1 Il-lealtà u l-ġid taʼ Ġob (1-5) Satana jqajjem id-dubji dwar il-mottivi taʼ Ġob (6-12) Ġob jitlef l-affarijiet li kellu u t-tfal tiegħu (13-19) Ġob ma jwaħħalx f’Alla (20-22) 2 Satana jerġaʼ jqajjem id-dubji dwar il-mottivi taʼ Ġob (1-5) Satana jitħalla jeffettwa s-saħħa taʼ Ġob (6-8) Il-mara taʼ Ġob: “Isħet lil Alla u mut!” (9, 10) Jaslu t-tlett iħbieb taʼ Ġob (11-13) 3 Ġob igerger dwar il-ġurnata li twieled (1-26) Jistaqsi għala qed ibati (20, 21) 4 L-ewwel darba li jitkellem Elifaż (1-21) Iwaqqaʼ għaċ-ċajt il-lealtà taʼ Ġob (7, 8) Jgħid x’qallu spirtu (12-17) ‘Alla lanqas biss jafda l-qaddejja tiegħu’ (18) 5 Elifaż ikompli jitkellem (1-27) ‘Alla jwaqqaʼ lill-għorrief fin-nases tagħhom stess’ (13) ‘Ġob m’għandux jirrifjuta d-dixxiplina t’Alla’ (17) 6 It-tweġiba taʼ Ġob (1-30) Jgħid li għandu raġun igerger (2-6) Il-ħbieb tiegħu huma qarrieqa (15-18) “Il-verità ma tweġġax!” (25) 7 Ġob ikompli jwieġeb (1-21) Il-ħajja hi bħal xogħol taʼ bilfors (1, 2) “Għala moħħok fija?” (20) 8 L-ewwel darba li jitkellem Bildad (1-22) Jagħti x’jifhem li t-tfal taʼ Ġob dinbu (4) ‘Jekk int ġust, Alla jipproteġik’ (6) Jagħti x’jifhem li Ġob irribella kontra Alla (13) 9 It-tweġiba taʼ Ġob (1-35) Il-bniedem ma jistax iħaqqaqha m’Alla (2-4) ‘Alla jagħmel affarijiet li ħadd ma jistaʼ jifhimhom’ (10) Ħadd ma jistaʼ jargumenta m’Alla (32) 10 Ġob ikompli jwieġeb (1-22) ‘Alla għala qed jiħodha kontrija?’ (2) Alla jiġi mqabbel maʼ Ġob (4-12) ‘Jalla nkun nistaʼ nieħu r-ruħ’ (20) 11 L-ewwel darba li jitkellem Sofar (1-20) Jakkuża lil Ġob li qed iparla fil-vojt (2, 3) Jgħid lil Ġob biex ma jibqax jagħmel il-ħażen (14) 12 It-tweġiba taʼ Ġob (1-25) “M’għandi xejn inqas minnkom” (3) “Sħabi jgħaddu ż-żmien bija” (4) “Alla hu għaref” (13) Alla hu fuq l-imħallfin u r-rejiet (17, 18) 13 Ġob ikompli jwieġeb (1-28) ‘Nippreferi nitkellem m’Alla’ (3) “Intom bħal tobba li ma tiswew għal xejn” (4) “Naf li għandi raġun” (18) Jistaqsi għala Alla jqisu bħala għadu (24) 14 Ġob ikompli jwieġeb (1-22) “Il-ħajja taʼ bniedem hi qasira u kollha inkwiet” (1) “Anki siġra għandha tama” (7) “Mhux li kien taħbini fil-Qabar!” (13) “Jekk bniedem imut, jistaʼ jerġaʼ jgħix?” (14) Alla jixtieq ħafna li jerġaʼ jara l-bniedem li għamel (15) 15 It-tieni darba li jitkellem Elifaż (1-35) Jgħid li Ġob ma jirrispettax lil Alla (4) Jgħid li Ġob hu prużuntuż (7-9) “Alla lanqas biss għandu fidi fl-anġli tiegħu” (15) ‘Min isofri hu ħażin’ (20-24) 16 It-tweġiba taʼ Ġob (1-22) “Minflok tfarrġuni qed iġġegħluni nbati iktar!” (2) Jgħid li Alla jispara l-vleġeġ tiegħu lejh (12) 17 Ġob ikompli jwieġeb (1-16) “Dawk li jwaqqgħuni għaċ-ċajt daruni” (2) “Alla ġegħelni niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt” (6) “Il-Qabar isir id-dar tiegħi” (13) 18 It-tieni darba li jitkellem Bildad (1-21) Jiddeskrivi x’se jiġrilhom il-midinbin (5-20) Jagħti x’jifhem li Ġob ma jafx lil Alla (21) 19 It-tweġiba taʼ Ġob (1-29) Ma jaċċettax it-tgħajjir tal-“ħbieb tiegħu” (1-6) Jgħid li ġie abbandunat (13-19) “Hemm wieħed li se jixtrini lura” (25) 20 It-tieni darba li jitkellem Sofar (1-29) Iħossu mweġġaʼ minn Ġob (2, 3) Jagħti x’jifhem li Ġob hu ħażin (5) Jgħid li Ġob iħobb jidneb (12, 13) 21 It-tweġiba taʼ Ġob (1-34) ‘Għala l-ħżiena jirnexxu?’ (7-13) Jikxef lil dawk li suppost farrġuh (27-34) 22 It-tielet darba li jitkellem Elifaż (1-30) ‘Jistaʼ bniedem ikun taʼ benefiċċju għal Alla?’ (2, 3) Jakkuża lil Ġob li hu rgħib u inġust (6-9) ‘Erġaʼ lura lejn Alla u terġaʼ tieħu r-ruħ’ (23) 23 It-tweġiba taʼ Ġob (1-17) Irid jippreżenta l-każ tiegħu quddiem Alla (1-7) Jgħid li ma jistax isib lil Alla (8, 9) “Bqajt nobdih” (11) 24 Ġob ikompli jwieġeb (1-25) ‘Alla għala m’għażilx il-jum taʼ ġudizzju?’ (1) Jgħid li Alla jippermetti l-ħażen (12) Il-midinbin iħobbu d-dlam (13-17) 25 It-tielet darba li jitkellem Bildad (1-6) ‘Kif jistaʼ bniedem ikun innoċenti quddiem Alla?’ (4) Jgħid li bniedem għalxejn ikun leali (5, 6) 26 It-tweġiba taʼ Ġob (1-14) “Għaxxaqtni b’kemm għent lid-dgħajjef!” (1-4) ‘Alla jdendel id-dinja fuq ix-xejn’ (7) ‘Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għamel Alla’ (14) 27 Ġob determinat li jibqaʼ leali (1-23) “Jien se nibqaʼ leali lejn Alla” (5) Il-ħażin m’għandux tama (8) ‘Għala titkellmu bla sens?’ (12) Il-ħżiena jispiċċaw b’xejn (13-23) 28 Ġob iqabbel it-teżori tal-art mal-għerf (1-28) Ix-xogħol fil-minjiera (1-11) L-għerf jiswa iktar mill-perli (18) ‘L-għerf veru jfisser li jkollok rispett kbir lejn Ġeħova’ (28) 29 Ġob jiftakar fiż-żmien sabiħ li kellu qabel il-provi (1-25) Irrispettat f’bieb il-belt (7-10) Kif kien jaġixxi b’ġustizzja (11-17) Kulħadd kien jismaʼ l-pariri tiegħu (21-23) 30 Ġob jiddeskrivi kif inbidlet is-sitwazzjoni tiegħu (1-31) Imwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies li ma jiswew għal xejn (1-15) Jaħseb li Alla mhux jgħinu (20, 21) “Il-ġilda tiegħi swiedet” (30) 31 Ġob jiddefendi l-lealtà tiegħu (1-40) Iwiegħed li ma jħarisx lejn mara oħra bi ħsieb ħażin (1) Jitlob lil Alla biex jeżaminah (6) Ma nagħmilx adulterju (9-12) Ma nħobbx il-flus (24, 25) Ma nagħmilx idolatrija (26-28) 32 Iż-żagħżugħ Eliħu jibda jitkellem (1-22) Jirrabja maʼ Ġob u mal-ħbieb tiegħu (2, 3) Hu stenna b’rispett qabel tkellem (6, 7) Iż-żmien biss ma jagħmilx wieħed għaref (9) Eliħu ħerqan biex jitkellem (18-20) 33 Eliħu jikkoreġi lil Ġob talli hu ġust f’għajnejh stess (1-33) Tinsab fidwa (24) Jerġaʼ jkollu l-enerġija taʼ żagħżugħ (25) 34 Eliħu jitkellem favur il-ġustizzja t’Alla u l-affarijiet li jagħmel (1-37) Ġob jgħid li Alla ma mexiex ġust miegħu (5) L-Alla l-veru qatt ma jaġixxi bil-ħażen (10) Ġob ma jafx il-fatti kollha (35) 35 Eliħu juri li Ġob m’għandux raġun (1-16) Ġob qal li hu iktar ġust minn Alla (2) Alla hu tant fl-għoli li ma jiġix affettwat mid-dnub (5, 6) Ġob għandu jistenna lil Alla (14) 36 Eliħu jfaħħar il-qawwa kbira t’Alla (1-33) Min jobdi jirnexxi; il-ħżiena jinqerdu (11-13) ‘Hemm xi ħadd li jaf jgħallem daqs Alla?’ (22) Ġob għandu jfaħħar lil Alla (24) “Ma nistgħux insiru nafu kemm hi kbira l-qawwa t’Alla” (26) Alla jikkontrolla x-xita u s-sajjetti (27-33) 37 In-natura turi l-kobor t’Alla (1-24) Alla jistaʼ jwaqqaf lin-nies minn dak li jkunu qed jagħmlu (7) ‘Ikkunsidra l-affarijiet tal-għaġeb li għamel Alla’ (14) Il-bnedmin ma jistgħux jifhmu lil Alla (23) L-ebda bniedem m’għandu jaħseb li hu għaref (24) 38 Ġeħova juri kemm il-bniedem mhu xejn (1-41) ‘Fejn kont int meta ħlaqt l-art?’ (4-6) It-tfal t’Alla bdew iċapċpu (7) Mistoqsijiet dwar kemm hi impressjonanti n-natura (8-32) “Il-liġijiet li jmexxu s-sema” (33) 39 Il-ħolqien tal-annimali juri l-injoranza tal-bniedem (1-30) Il-mogħoż tal-muntanji u ċ-ċriev (1-4) Il-ħmar salvaġġ (5-8) Il-barri salvaġġ (9-12) In-nagħma (13-18) Iż-żiemel (19-25) Il-falkun u l-ajkla (26-30) 40 Ġeħova jistaqsi iktar mistoqsijiet (1-24) Ġob jammetti li m’għandu xejn x’jgħid (3-5) “Se tiddubita l-ġustizzja tiegħi?” (8) Alla jiddeskrivi s-saħħa tal-ippopotamu (15-24) 41 Alla jiddeskrivi l-kukkudrill tal-għaġeb (1-34) 42 Ġob iwieġeb lil Ġeħova (1-6) It-tlett iħbieb taʼ Ġob jiġu kkundannati (7-9) Ġeħova jneħħi t-tbatija taʼ Ġob u jagħtih ħafna ġid (10-17) It-tfal subien u bniet taʼ Ġob (13-15)