Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
28 TAʼ LULJU–3 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 24
Saħħaħ Lilek Innifsek Qabel Jinqalgħu Sitwazzjonijiet Diffiċli
it-2 610 ¶8
Persekuzzjoni
Il-Kristjani japprezzaw il-premju li se jirċievu dawk li jibqgħu jissaportu. Ġesù qal hekk dwar dan il-premju: “Ferħanin huma dawk li qed jiġu ppersegwitati minħabba li qed jagħmlu t-tajjeb, għax is-Saltna t’Alla se tkun tagħhom.” (Mt 5:10) It-tama tal-irxoxt u li jafu dwar il-Wieħed li għandu l-Qawwa biex jirxoxta lill-mejtin isaħħuhom. Din it-tama tgħinhom biex jibqgħu leali lejn Alla anki jekk dawk li jippersegwitawhom jhedduhom li se joqtluhom. Grazzi għas-sagrifiċċju tal-mewt taʼ Ġesù, huma ma jibżgħux mill-mewt. (Lh 2:14, 15) L-attitudni taʼ Kristjan hija importanti ħafna biex ikun jistaʼ jibqaʼ leali waqt il-persekuzzjoni. “Ħa jkollkom l-istess attitudni li kellu Kristu Ġesù, li . . . kien ubbidjenti sal-mewt, iva, sal-mewt fuq zokk tat-tortura.” (Flp 2:5-8) “Peress li kien jaf li se jkun ferħan fil-futur, [Ġesù] issaporta z-zokk tat-tortura u ma tax kas li se jiġi ddiżonorat.”—Lh 12:2; ara wkoll 2Kor 12:10; 2Te 1:4; 1Pt 2:21-23.
4-10 T’AWWISSU
Ġawhar Spiritwali
it-2 399
Ħlewwa
Persuna turi l-ħlewwa għax ikollha l-fidi u tkun tħobb tinkuraġġixxi lil ħaddieħor. Hi raġonevoli u tirraġuna. Mill-banda l-oħra, persuna jaf ma turix ħlewwa minħabba li ma tħosshiex ċerta minnha nfisha, ikollha frustrazzjoni, ma jkollhiex biżżejjed fidi u tama, u anki tħossha ddisprata. Il-ktieb tal-Proverbji jiddeskrivi persuna li ma turix ħlewwa b’dan il-mod: “Bniedem li ma jikkontrollax it-tempra hu bħal belt bi swar imkissrin.” (Pr 25:28) Jekk persuna taġixxi b’dan il-mod, se jkun iktar faċli għaliha li tasal għal ħsibijiet ħżiena u tistaʼ tagħmel affarijiet ħżiena.
11-17 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 26
Żomm ʼil Bogħod minn “Xi Ħadd Stupidu”
it-2 729 ¶6
Xita
Staġuni. Fl-Art Imwiegħda kien hemm żewġ staġuni importanti, is-sajf u x-xitwa, li propjament huma l-istaġun niexef u l-istaġun tax-xita. (Qabbel Sa 32:4; Għn 2:11.) Minn nofs April sa nofs Ottubru ftit tagħmel xita, u dan ikun żmien il-ħsad. Proverbji 26:1 juri li meta tagħmel ix-xita fi żmien il-ħsad tkun barra minn żmienha. (Qabbel 1Sm 12:17-19.) Matul l-istaġun tax-xita ma tagħmilx xita l-ħin kollu imma jkun hemm ġranet sbieħ ukoll. Peress li f’dan iż-żmien it-temp jiksaħ, meta tagħmel ix-xita l-arja tiksaħ iktar. (Esd 10:9, 13) Għalhekk, tieħu pjaċir ikollok post fejn tistkenn.—Is 4:6; 25:4; 32:2; Ġob 24:8.
w87 10/1 19 ¶12
Id-Dixxiplina Ġġib Riżultati Tajbin
12 Kultant xi wħud ikollhom bżonn dixxiplina iebsa bħalma jurina Proverbji 26:3: “Il-frosta hi għaż-żiemel, l-ilġiem għal ħalq il-ħmar, u l-bastun biex jiġu kkastigati n-nies stupidi.” Xi drabi, Ġeħova umilja n-nazzjon taʼ Iżrael bl-inkwiet li ġabu fuqhom infushom: “Huma rribellaw kontra dak li qalilhom Alla; ma rrispettawx il-pariri tal-Iktar Għoli. Għalhekk, hu umiljahom billi ħalliehom ibatu; huma waqgħu u ma kienx hemm min jgħinhom. Huma għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu; hu salvahom mid-diffikultajiet tagħhom.” (Salm 107:11-13) Madankollu, xi wħud iwebbsu rashom u l-ebda dixxiplina ma tkun tistaʼ tgħinhom: “Min jibqaʼ jwebbes rasu wara li jkun ġie kkoreġut ħafna drabi, se jinqered f’daqqa u ma jkun jistaʼ jagħmel xejn dwar dan.”—Proverbji 29:1.
it-2 191 ¶4
Xi Ħadd li Jzappap
“Min iħalli xi ħaġa f’idejn xi ħadd stupidu jkun qisu qed jagħmel ħsara lil saqajh stess biex isir zopp u jweġġaʼ lilu nnifsu,” qal ir-re għaref Salamun fi proverbju li kiteb. Hu minnu li meta tqabbad lil xi ħadd stupidu biex jagħmillek biċċa xogħol tkun qed tagħmel il-ħsara lilek innifsek. Bla dubju dak li tkun qed tippjana se jfalli.—Pr 26:6.
Ġawhar Spiritwali
it-1 846
Stupidu
Meta tipprova twieġeb stupidu “skont il-bluha tiegħu,” jiġifieri li tibda targumenta miegħu, tispiċċa bħallikieku qed taqbel miegħu f’dak li qed jgħid. Biex ma nkunux bħall-istupidu, proverbju fil-Bibbja jgħidilna: “Twiġibx lil xi ħadd stupidu skont il-bluha tiegħu.” Mill-banda l-oħra, Proverbji 26:4, 5 juri li meta nuru lill-istupidu “kemm hu bla sens dak li qed jgħid,” inkunu nistgħu ngħinuh jirrealizza li mhux qed jirraġuna.
18-24 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 27
Kif Jgħinuna Ħbieb Veri
it-2 491 ¶3
Ġar
Li jkollna fiduċja fil-ħbieb tagħna u li mmorru għandhom meta jkollna bżonn l-għajnuna hu tajjeb. Dan nistgħu narawh mill-Proverbji: “Titlaqx lill-ħabib tiegħek jew lill-ħabib taʼ missierek, u tidħolx fid-dar taʼ ħuk meta jkollok l-inkwiet. Aħjar ikollok ġar [sha·khenʹ] viċin milli ħu li joqgħod ’il bogħod.” (Pr 27:10) Il-kittieb qed jgħid illi ħabib tal-familja għandna napprezzawh u mmorru għandu għall-għajnuna. Dan minħabba li xi ħadd li jiġi minna jew ħu jaf ikun joqgħod ’il bogħod u ma jkunx jistaʼ jgħinna bħalma jkun jistaʼ ħabib.
25-31 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 28
Id-Differenza Bejn Persuna Ħażina u Persuna Tajba
w93 5/15 26 ¶2
Tobdi għal Kollox lil Ġeħova?
“Il-ġusti huma kuraġġużi bħal iljun.” (Proverbji 28:1) Huma juru fidi, jistrieħu fuq il-Kelma t’Alla, u bil-kuraġġ jagħmlu x-xogħol taʼ Ġeħova minkejja d-diffikultajiet.
it-2 1139 ¶3
Li Wieħed Jifhem
Persuna li tagħmel dak li hu ħażin tinjora lil Alla meta tiġi biex tieħu xi deċiżjoni jew tagħmel xi pjanijiet. (Ġob 34:27) Persuna bħal din tħalli lil qalbha tagħmiha mill-ħażin li tagħmel u ma jkollhiex għaqal. (Sa 36:1-4) Minkejja li tgħid li taqdi lil Alla, hi tqis dak li jgħid il-bniedem aqwa minn dak li jgħid Alla. (Is 29:13, 14) Persuna bħal din tkun ħażina, kattiva, u tirraġuna b’mod stupidu, tant li taħseb li Alla mhux qed jara l-ħażin li tagħmel. (Pr 10:23; Sa 94:4-10; Is 29:15, 16; Ġer 10:21) B’dak li tagħmel hi tkun qed tgħid: “Ġeħova ma jeżistix.” (Sa 14:1-3) Minħabba li persuna bħal din ma timxix mal-prinċipji tal-Bibbja, ma tarax il-problemi b’mod ċar, ma tiċċekkjax l-affarijiet kollha, u ma tiħux deċiżjonijiet tajbin.—Pr 28:5.
it-1 1211 ¶4
Integrità
Persuna jistaʼ jkollha l-integrità mhux bis-saħħa tagħha stess imma billi jkollha fidi b’saħħitha u tafda f’Ġeħova. (Sa 25:21) Alla jwegħedna li hu se jkun “tarka” u li se “jipproteġi lin-nies” li juru l-integrità. (Pr 2:6-8; 10:29; Sa 41:12) Minħabba li huma dejjem jaraw li għandhom l-approvazzjoni taʼ Ġeħova, huma jirnexxu f’dak li jagħmlu. (Sa 26:1-3; Pr 11:5; 28:18) Bħalma setaʼ jinnota Ġob, nies li ma jkollhomx ħtija jispiċċaw ibatu minħabba li qed imexxu nies ħżiena u jaf imutu magħhom. Ġeħova jaċċertana li hu qed jinnota lil dawk li huma bla ħtija u jassigurahom li l-wirt tagħhom se jibqaʼ għal dejjem, se jgawdu l-paċi fil-futur, u se jiġu ppremjati. (Ġob 9:20-22; Sa 37:18, 19, 37; 84:11; Pr 28:10) Bħalma kien fil-każ taʼ Ġob, l-integrità hi li tagħmel persuna vera sinjura u mhux il-ġid li jkollha.—Pr 19:1; 28:6.