Ġwanni
8 Imma Ġesù mar lejn il-Muntanja taż-Żebbuġ. 2 Madankollu, x’ħin sebaħ, reġaʼ ġie fit-tempju, u n-nies kollha bdew ġejjin ħdejh, u qagħad bil-qiegħda u beda jgħallimhom. 3 Issa l-iskribi u l-Fariżej ġabu mara li nqabdet tagħmel adulterju u, wara li qegħduha fin-nofs, 4 qalulu: “Għalliem, din il-mara għamlet adulterju u nqabdet fil-fatt. 5 Fil-Liġi, Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Għaldaqstant, int x’tgħid?” 6 Naturalment, dan qaluh biex jipprovawh, sabiex ikollhom fuqiex jakkużawh. Imma Ġesù tbaxxa u b’sebgħu beda jikteb fl-art. 7 Meta baqgħu jistaqsuh, hu ddritta u qalilhom: “Min minnkom hu bla dnub, ħa jitfgħalha l-ewwel ġebla.” 8 U reġaʼ tbaxxa u kompla jikteb fl-art. 9 Imma dawk li semgħuh bdew ħerġin ’il barra, wieħed wieħed, ibda mix-xjuħ, u baqaʼ waħdu mal-mara li kienet fin-nofs. 10 Ġesù ddritta u qalilha: “Mara, fejn huma? Ħadd minnhom ma kkundannak?” 11 Qaltlu: “Ħadd, sinjur.” Qalilha Ġesù: “Lanqas jien ma nikkundannak. Mur; minn issa ’l quddiem tibqax tidneb iżjed.”
12 Imbagħad Ġesù reġaʼ kellimhom u qal: “Jien id-dawl+ tad-dinja. Min jimxi warajja żgur ma jimxix fid-dlam,+ imma jkollu d-dawl tal-ħajja.” 13 B’hekk, il-Fariżej qalulu: “Int tixhed dwarek innifsek; ix-xiehda tiegħek mhix vera.” 14 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Anki jekk nixhed dwari nnifsi, ix-xiehda tiegħi+ hi vera, għax jien naf minfejn ġejt u fejn sejjer.+ Imma intom ma tafux minfejn ġejt u fejn sejjer. 15 Intom tiġġudikaw skond il-laħam;+ jien ma niġġudika lil ħadd.+ 16 Madankollu, jekk niġġudika, il-ġudizzju tiegħi hu fi qbil mal-verità, għax m’iniex waħdi, imma l-Missier li bagħatni hu miegħi.+ 17 Barra minn hekk, fil-Liġi tagħkom stess hemm miktub, ‘Ix-xiehda taʼ tnejn hi vera.’+ 18 Hemm jien li nixhed dwari nnifsi, u hemm il-Missier li bagħatni li jixhed dwari.”+ 19 Għalhekk, komplew jgħidulu: “Fejn hu Missierek?” Wiġibhom Ġesù: “Intom la tafu lili u lanqas lil Missieri.+ Kieku kontu tafuni, kontu tkunu tafu lil Missieri wkoll.”+ 20 Dan il-kliem qalu fit-teżorerija+ waqt li kien qed jgħallem fit-tempju. Imma ħadd ma medd idu fuqu,+ għax is-siegħa tiegħu+ kienet għadha ma waslitx.
21 Għaldaqstant reġaʼ qalilhom: “Jien sejjer, u intom għad tfittxuni,+ u madankollu għad tmutu fi dnubkom.+ Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.” 22 Għalhekk, il-Lhud bdew jgħidu: “Mhux se joqtol lilu nnifsu, hux? Għax qed jgħid, ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.’”+ 23 Għalhekk, kompla jgħidilhom: “Intom mill-oqsma taʼ taħt; jien mill-oqsma taʼ fuq.+ Intom minn din id-dinja;+ jien m’iniex minn din id-dinja.+ 24 Għalhekk għedtilkom, Għad tmutu fi dnubietkom.+ Għax jekk ma temmnux li jien hu, għad tmutu fi dnubietkom.”+ 25 Imbagħad bdew jgħidulu: “Min int?” Qalilhom Ġesù: “Għala qed nitkellem magħkom wara kollox? 26 Għandi ħafna x’ngħid dwarkom u minn xiex nagħmel ġudizzju. Fil-fatt, dak li bagħatni hu veru, u dak li smajt mingħandu qed ngħidu fid-dinja.”+ 27 Huma ma fehmux li kien qed ikellimhom dwar il-Missier. 28 Għalhekk, Ġesù qal: “Wara li tgħollu+ lil Bin il-bniedem,+ imbagħad tkunu tafu li jien hu,+ u li ma nagħmel xejn minn rajja;+ imma dan ngħidu skond kif għallimni l-Missier.+ 29 U dak li bagħatni qiegħed miegħi; hu ma telaqnix waħdi, għax dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu.”+ 30 Waqt li kien qed jgħid dan, ħafna poġġew il-fidi fih.+
31 U Ġesù kompla jgħid lil-Lhud li emmnuh: “Jekk tibqgħu fil-kelma tiegħi,+ tkunu tassew dixxipli tiegħi, 32 u tkunu tafu l-verità,+ u l-verità teħliskom.”+ 33 Wiġbuh: “Aħna wlied Abraham+ u qatt ma konna lsiera taʼ ħadd.+ Kif qed tgħidilna, ‘Se tinħelsu’?” 34 Wiġibhom Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Kulmin jagħmel id-dnub hu lsir tad-dnub.+ 35 Iktar minn hekk, l-ilsir ma jibqax fid-dar għal dejjem; l-iben jibqaʼ għal dejjem.+ 36 Għalhekk, jekk l-Iben jeħliskom, tkunu ħielsa tassew.+ 37 Naf li intom ulied Abraham; imma qed tipprovaw toqtluni,+ għax kelmti mhix ikollha suċċess fostkom.+ 38 Jien ngħid+ dak li rajt maʼ Missieri;+ u intom, fil-fatt, tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom.” 39 Wieġbu u qalulu: “Missierna hu Abraham.”+ Qalilhom Ġesù: “Jekk intom ulied Abraham,+ agħmlu l-għemejjel t’Abraham. 40 Imma issa qed tipprovaw toqtluni lili, bniedem li għedtilkom il-verità li smajt mingħand Alla.+ Abraham m’għamlux dan.+ 41 Intom tagħmlu l-għemejjel taʼ missierkom.” Qalulu: “Aħna ma twilidniex miż-żína; Missier wieħed għandna,+ lil Alla.”
42 Ġesù qalilhom: “Kieku Alla kien Missierkom, kontu tħobbuni,+ għax mingħand Alla ġejt u qiegħed hawnhekk.+ Lanqas ma ġejt minn rajja, imma kien Hu li bagħatni.+ 43 Għala ma tafux x’qed ngħid? Għax kelmti ma tistgħux tisimgħuha.+ 44 Intom minn missierkom ix-Xitan,+ u tixtiequ tagħmlu x-xewqat taʼ missierkom.+ Dan kien qattiel meta beda,+ u ma żammx sħiħ fil-verità, għax il-verità mhix fih. Meta jigdeb, jitkellem skond il-karattru tiegħu, għax hu giddieb u missier il-gidba.+ 45 Mill-banda l-oħra, għax jien ngħid il-verità, intom ma temmnunix.+ 46 Min minnkom isibni ħati taʼ xi dnub?+ Jekk ngħid il-verità, għala ma temmnunix? 47 Min hu minn Alla jismaʼ l-kliem t’Alla.+ Huwa għalhekk li intom ma tisimgħux, għax m’intomx minn Alla.”+
48 Il-Lhud wieġbu u qalulu: “Mhux sewwa ngħidulek, Int Samaritan+ u għandek demonju?”+ 49 Wieġeb Ġesù: “Jien m’għandix demonju, imma nonora lil Missieri,+ u intom tiddiżonorawni. 50 Imma jien m’iniex infittex glorja għalija nnifsi;+ hemm Wieħed li qed ifittex u jiġġudika.+ 51 Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk xi ħadd josserva kelmti, qatt ma jara l-mewt.”+ 52 Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek demonju.+ Abraham miet,+ il-profeti wkoll;+ imma int tgħid, ‘Jekk xi ħadd josserva kelmti, qatt ma jduq+ il-mewt.’ 53 M’intix akbar+ minn missierna Abraham li miet, hux? Anki l-profeti mietu.+ Min taħseb li int?” 54 Wieġeb Ġesù: “Jekk nigglorifika lili nnifsi, il-glorja tiegħi m’hi xejn. Hu Missieri li jigglorifikani,+ dak li tgħidu li hu Alla tagħkom, 55 u madankollu ma sirtux tafuh.+ Imma jien nafu.+ U kieku għedt li ma nafux kont inkun giddieb bħalkom. Imma jien tassew nafu u qed nosserva kelmtu.+ 56 Missierkom Abraham feraħ ħafna bil-prospett li jara l-jum tiegħi,+ u rah u feraħ.”+ 57 Imbagħad il-Lhud qalulu: “Lanqas għad għandek ħamsin sena, u rajt lil Abraham?” 58 Qalilhom Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Qabel m’eżista Abraham, kont neżisti.”+ 59 Għalhekk, huma qabdu l-ġebel biex jitfgħuhulu;+ imma Ġesù staħba u ħareġ mit-tempju.