Mattew
24 Issa Ġesù telaq mit-tempju, imma fit-triq id-dixxipli tiegħu resqu lejh sabiex juruh il-bini tat-tempju.+ 2 Għaldaqstant qalilhom: “Qed tarawh dan kollu? Tassew ngħidilkom, Żgur li hawnhekk ma titħalliex ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx.”+
3 Waqt li kien bil-qiegħda fuq il-Muntanja taż-Żebbuġ, id-dixxipli resqu lejh kif kien waħdu u qalulu: “Għidilna, Dan meta se jseħħ, u x’se jkun is-sinjal tal-preżenza tiegħek+ u tal-konklużjoni tas-sistema?”+
4 U Ġesù wieġeb u qalilhom: “Oqogħdu attenti li ħadd ma jqarraq bikom;+ 5 għax ħafna jiġu f’ismi u jgħidu, ‘Jien il-Kristu,’ u jqarrqu b’ħafna.+ 6 Se tisimgħu bi gwerer u aħbarijiet taʼ gwerer; araw li ma titwerwrux. Għax dan irid iseħħ, imma ma jkunx għadu t-tmiem.+
7 “Għax ġens iqum kontra ġens+ u saltna kontra saltna,+ u jkun hemm nuqqas taʼ ikel+ u terremoti+ f’post wara l-ieħor. 8 Dan kollu hu l-bidu taʼ l-uġigħ, bħall-uġigħ tal-ħlas.
9 “Imbagħad jagħtukom f’idejn min iġegħelkom issofru+ u joqtlukom,+ u tkunu mibgħudin+ mill-ġnus kollha minħabba ismi.+ 10 Imbagħad, ukoll, ħafna jitfixklu+ u jittradixxu lil xulxin u jobogħdu lil xulxin.+ 11 U jqumu ħafna profeti foloz+ u jqarrqu b’ħafna;+ 12 u minħabba li jiżdied il-ħażen+ tibred l-imħabba tal-biċċa l-kbira min-nies.+ 13 Imma min jissaporti+ sat-tmiem jiġi salvat.+ 14 U din l-aħbar tajba+ tas-saltna+ tiġi pridkata fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha;+ u mbagħad jiġi t-tmiem.+
15 “Għalhekk, meta taraw wieqfa f’post qaddis+ il-ħaġa moqżieża+ li ġġib ħerba u li tkellem dwarha l-profeta Danjel (ħa juża moħħu l-qarrej), 16 imbagħad dawk li jkunu fil-Lhudija ħa jibdew jaħarbu+ lejn il-muntanji. 17 Min ikun fuq il-bejt ħa ma jinżilx biex jieħu l-affarijiet minn daru; 18 u min ikun fl-għalqa ħa ma jerġax lura lejn id-dar biex jieħu l-mantar tiegħu. 19 Gwaj għan-nisa tqal u għal dawk li jreddgħu f’dawk il-jiem!+ 20 Ibqgħu itolbu biex il-ħarba tagħkom ma tkunx fix-xitwa, lanqas f’jum is-Sabat; 21 għax imbagħad ikun hemm tribulazzjoni kbira+ li qatt ma kien hawn bħalha mill-bidu tad-dinja s’issa,+ le, lanqas jerġaʼ jkun hawn. 22 Fil-fatt, kieku dawk il-jiem ma jitqassrux, ebda bniedem ma jiġi salvat; imma minħabba l-magħżulin+ dawk il-jiem jitqassru.+
23 “Imbagħad jekk xi ħadd jgħidilkom, ‘Ara! Hawn qiegħed il-Kristu,’+ jew, ‘Hemm!’ temmnuhx.+ 24 Għax iqumu Kristijiet foloz+ u profeti foloz+ u jagħmlu sinjali kbar+ u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jistaʼ jkun, saħansitra bil-magħżulin.+ 25 Ara! Wissejtkom minn qabel.+ 26 Għalhekk, jekk jgħidulkom, ‘Ara! Qiegħed fix-xagħri,’ toħorġux; ‘Ara! Qiegħed fil-kmamar taʼ ġewwa,’ temmnux.+ 27 Għax bħalma sajjetta+ toħroġ mil-lvant u tiddi fuq il-punent, hekk se tkun+ il-preżenza taʼ Bin il-bniedem. 28 Kulfejn ikun hemm il-ġisem mejjet, hemmhekk l-ajkli+ jinġemgħu flimkien.+
29 “Minnufih wara t-tribulazzjoni taʼ dawk il-jiem ix-xemx tiddallam,+ u l-qamar+ ma jagħtix dawl, u l-kwiekeb jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitheżżu.+ 30 Imbagħad jidher fis-sema s-sinjal taʼ Bin il-bniedem,+ u mbagħad it-tribujiet kollha taʼ l-art jibku u jħabbtu fuq sidirhom,+ u jaraw lil Bin il-bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b’qawwa u glorja kbira.+ 31 U jibgħat lill-anġli tiegħu b’ħoss kbir taʼ trumbetta,+ u jiġbru flimkien il-magħżulin tiegħu+ mill-erbat irjieħ,+ minn tarf sa tarf tas-smewwiet.
32 “Issa tgħallmu dan il-punt bħala tixbiha mis-siġra tat-tin: Hekk kif il-fergħa ġdida tagħha tkun għadha ratba u toħroġ il-weraq, tkunu tafu li qorob is-sajf.+ 33 Hekk ukoll intom, meta taraw dan kollu, kunu afu li hu qrib, fil-bieb.+ 34 Tassew ngħidilkom li din il-ġenerazzjoni+ żgur ma tgħaddix sakemm iseħħ dan kollu. 35 Is-sema u l-art jgħaddu,+ imma kliemi żgur ma jgħaddix.+
36 “Imma dak il-jum u s-siegħa+ ma jafhom ħadd, la l-anġli tas-smewwiet u lanqas l-Iben, ħlief il-Missier.+ 37 Għax bħalma kienu jiem Noè,+ hekk tkun+ il-preżenza taʼ Bin il-bniedem. 38 Għax bħalma f’dawk il-jiem qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, irġiel jiżżewġu u nisa jingħataw fiż-żwieġ, sal-jum li Noè+ daħal fl-arka;+ 39 u ma tawx kas sakemm ġie d-dilluvju u kinishom ilkoll,+ hekk tkun il-preżenza taʼ Bin il-bniedem. 40 Imbagħad żewġt irġiel ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jiġi abbandunat; 41 żewġ nisa jkunu qed jitħnu:+ waħda tittieħed u l-oħra tiġi abbandunata.+ 42 Għalhekk, ibqgħu għassa, għax ma tafux f’liema jum ġej+ il-Mulej tagħkom.
43 “Imma kunu afu dan, li kieku sid id-dar kien jaf f’liema għassa kien ġej il-ħalliel,+ kien jibqaʼ mqajjem u ma jħallix daru tinsteraq. 44 Għalhekk, uru li intom lesti wkoll,+ għax f’siegħa li ma tistennewhiex ġej Bin il-bniedem.
45 “Min hu tassew l-ilsir+ leali* u għaqli li sidu ħatru fuq il-qaddejja taʼ daru, biex jagħtihom l-ikel fiż-żmien xieraq?+ 46 Hieni+ hu dak l-ilsir li sidu, meta jasal, isibu jagħmel hekk! 47 Tassew ngħidilkom, Hu jaħtru fuq kulma għandu.+
48 “Imma jekk xi darba l-ilsir mill-agħar jgħid f’qalbu,+ ‘Sidi qed jiddawwar,’+ 49 u jibda jsawwat lill-ilsiera sħabu u jiekol u jixrob mas-sakranazzi, 50 jiġi sid dak l-ilsir f’jum li ma jistenniehx u f’siegħa+ li ma jafhiex, 51 u jikkastigah bl-akbar ħruxija+ u jagħtih sehmu maʼ l-ipokriti. Hemmhekk se jibki u jgħażżaż snienu.+